Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali (Koeżjoni), 26 ta' Frar 2026

Riżultati ewlenin

Il-ministri responsabbli għall-politiki ta' koeżjoni approvaw konklużjonijiet dwar l-aġenda tal-UE għall-bliet u kellhom skambju ta' fehmiet dwar it-tagħlimiet meħudamir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-politika ta' koeżjoni 2021-2027.

<p>Makis Keravnos, Ministru għall-Finanzi tar-Repubblika ta' Ċipru</p>

Matul il-laqgħa produttiva tal-lum, approvajna konklużjonijiet dwar l-aġenda l-ġdida tal-UE għall-bliet, komponent ewlieni tal-politika tagħna għall-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali. Imbagħad qsamna l-esperjenzi u l-aħjar prattiki tagħna dwar ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-politika ta' koeżjoni, u b'hekk ikkontribwejna b'mod sostanzjali għad-diskussjonijiet li għaddejjin għall-baġit fit-tul futur tal-UE li fih din il-politika għandha tinżamm bħala prijorità ewlenija.

<p>Makis Keravnos, Ministru għall-Finanzi tar-Repubblika ta' Ċipru</p>

Makis Keravnos, Ministru għall-Finanzi tar-Repubblika ta' Ċipru

Aġenda tal-UE għall-bliet

Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar l-aġenda tal-UE għall-bliet bħala segwitu għall-komunikazzjoni rilevanti tal-Kummissjoni ppreżentata fit-3 ta' Diċembru 2025. Il-konklużjonijiet jenfasizzaw l-importanza tal-bliet flimkien maż-żoni urbani funzjonali tagħhom għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, kif ukoll ir-rwol tagħhom fl-avvanz tal-inklużjoni soċjali, il-kompetittività u l-innovazzjoni. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill ifakkru fl-importanza li jiġi żgurat appoġġ fit-tul għall-iżvilupp urban integrat, li jibni fuq il-kisbiet tal-perjodu attwali, kif deskritt fl-aġenda tal-UE għall-bliet.

Rieżami ta' nofs it-terminu tal-politika ta' koeżjoni 2021-2027

Abbażi ta' nota ta' gwida ppreżentata mill-presidenza, il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar it-tagħlimiet meħuda mir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-politika ta' koeżjoni tal-UE għall-2021-2027.

Il-ministri ddiskutew kif l-inċentivi u l-flessibbiltajiet jistgħu jitfasslu għall-perjodu 2028-2034 biex ikompli jissaħħaħ l-allinjament tal-politika ta' koeżjoni mal-prijoritajiet strateġiċi tal-UE, inkluż il-kompetittività. Fid-dawl tal-esperjenza tar-rieżami ta' nofs it-terminu, il-ministri esploraw kif il-qafas ta' programmazzjoni futur jista' jsib il-bilanċ it-tajjeb bejn l-għoti ta' żmien suffiċjenti għal riflessjoni strateġika u l-iżgurar ta' implimentazzjoni rapida, b'mod partikolari f'perjodi ta' bidla ekonomika jew ġeopolitika.

Barra minn hekk, minħabba l-ambitu usa' tal-investimenti u l-involviment ta' atturi ġodda, il-Kunsill iddiskuta x'tagħlimiet jistgħu jinsiltu mir-rieżami ta' nofs it-terminu dwar it-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva u ta' implimentazzjoni sabiex jiġi żgurat li l-istati membri u r-reġjuni kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw b'mod effettiv mill-politika ta' koeżjoni fil-futur. Fl-aħħar nett, il-ministri tennew il-ħtieġa li l-koeżjoni tinżamm fil-qalba tal-politiki tal-UE b'rispett sħiħ tar-rekwiżiti tat-Trattat, filwaqt li jiġu evitati riġiditajiet li wasslu għal emendi leġiżlattivi bla waqfien u prijoritizzazzjoni mill-ġdid.

Punti oħrajn

Id-delegazzjoni Litwana, Estonjana u dik Latvjana enfasizzaw l-importanza tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reġjuni tal-fruntiera tal-Lvant ippreżentata fit-18 ta' Frar 2026.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Marzu 2026