"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Il-ministri responsabbli għall-affarijiet Ewropej bdew it-tħejjijiet għall-Kunsill Ewropew ta' Ġunju billi ddiskutew l-abbozz ta' aġenda annotata u kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2028-2034 li jmiss b'enfasi fuq il-kontribut tiegħu għall-integrazzjoni tas-suq uniku. Il-Kunsill iddiskuta wkoll is-sitwazzjoni attwali tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit u kellu diskussjonijiet speċifiċi għall-pajjiż skont id-djalogu dwar l-istat tad-dritt b'enfasi fuq is-sitwazzjoni fi Franza, il-Kroazja, l-Italja u l-Latvja.
B'ħarsa 'l quddiem lejn il-Kunsill Ewropew f'Ġunju, l-iskambju tal-lum immarka l-bidu tat-tħejjijiet tagħna. Fl-istess ħin, il-ħidma tal-Presidenza Ċiprijotta dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss qed taqbad ir-ritmu. Kellna diskussjoni produttiva, li ppermettitilna nirriflettu dwar kif il-Qafas Finanzjarju Pluriennali jista' jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tas-suq uniku għall-benefiċċju tal-kompetittività tal-UE - waħda mill-prijoritajiet ewlenin tagħna, li hija allinjata bis-sħiħ mal-impenn stabbilit fid-dikjarazzjoni konġunta "Ewropa Waħda, Suq Wieħed".
Marilena Raouna, Viċi Ministru għall-Affarijiet Ewropej tar-Repubblika ta' Ċipru
Tħejjija tal-EUCO ta' Ġunju
Il-Kunsill beda t-tħejjijiet għal-laqgħa ta' Ġunju tal-Kunsill Ewropew bid-diskussjoni tal-abbozz ta' aġenda annotata. Il-mexxejja mistennija jiddiskutu:
il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna
l-aħħar żviluppi fil-Lvant Nofsani
il-qafas finanzjarju Pluriennali (QFP) 2028-2034 li jmiss
sfidi ekonomiċi dinjin
id-difiża u s-sigurtà Ewropea
il-migrazzjoni
id-drogi illeċiti
Semestru Ewropew
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
Waqt sessjoni pubblika, il-Kunsill kellu dibattitu ta' orjentazzjoni dwar il-QFP 2028-2034 li jmiss b'enfasi fuq il-kontribut tiegħu għall-integrazzjoni tas-suq uniku tal-UE. Il-QFP huwa l-baġit fit-tul tal-UE, li jkopri perjodu ta' seba' snin.
Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għall-QFP li jmiss tkopri diversi elementi li ser jappoġġaw l-integrazzjoni tas-suq uniku. Il-Pjanijiet ta' Sħubija Nazzjonali u Reġjonali għandhom l-għan li jinkoraġġixxu l-investiment u r-riformi li jindirizzaw l-ostakli għas-Suq Uniku. Il-Fond Ewropew għall-Kompetittività ġdid huwa mfassal biex jappoġġa l-industriji u t-teknoloġiji strateġiċi. L-istrument Ewropa Globali jfittex li jiżviluppa sħubijiet esterni bħala mod kif javvanza l-interessi strateġiċi tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, fondi speċifiċi, bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, ser jiffinanzjaw l-infrastruttura transfruntiera, filwaqt li strumenti mmirati bħall-Programm għas-Suq Uniku u d-Dwana, ser jiffukaw fuq l-infurzar, l-istandardizzazzjoni u l-kooperazzjoni amministrattiva.
Bħala punt separat taħt "affarijiet oħra", id-delegazzjoni Franċiża ġibdet l-attenzjoni tal-Kunsill għar-rwol speċifiku tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE u l-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropej fil-kuntest tal-QFP li jmiss.
Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar is-sitwazzjoni attwali tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit.
Il-Kummissjoni u s-SEAE aġġornaw lill-ministri dwar l-iżviluppi tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet eżistenti u l-aġenda mġedda wara l-ewwel summit bejn l-UE u r-Renju Unit f'Mejju 2025. Il-Kunsill ħa nota tal-progress fost l-oħrajn fir-rigward tan-negozjati li għaddejjin dwar żona sanitarja u fitosanitarja komuni (ftehim SPS), ftehim biex jintrabtu l-iskemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra bejn l-UE u r-Renju Unit (ftehim ETS) u ftehim dwar Skema ta' Esperjenza għaż-Żgħażagħ. Il-ministri ġew aġġornati wkoll dwar l-implimentazzjoni tas-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża, kif ukoll in-negozjati li jmiss dwar ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fis-suq intern tal-elettriku tal-UE (ftehim dwar l-elettriku), u ftehim dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tar-Renju Unit biex jitnaqqsu d-disparitajiet ekonomiċi, soċjali u territorjali fl-UE (ftehim ta' koeżjoni).
Il-ministri kellhom diskussjoni speċifika għall-pajjiż fil-qafas tad-djalogu annwali dwar l-istat tad-dritt, b'enfasi fuq is-sitwazzjoni fi Franza, il-Kroazja, l-Italja u l-Latvja.
Dan kien it-tieni ċiklu ta' diskussjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi din is-sena. Għal kull pajjiż, il-Kummissjoni l-ewwel ippreżentat is-sejbiet ewlenin tal-kapitolu speċifiku għall-pajjiż rispettiv fir-rapport tagħha tal-2025 dwar l-istat tad-dritt. Id-delegazzjonijiet ikkonċernati mbagħad intalbu jippreżentaw żviluppi nazzjonali ewlenin u aspetti partikolari tal-qafas nazzjonali tal-istat tad-dritt tagħhom. Dan kien segwit minn sensiela ta' kummenti u mistoqsijiet li fihom delegazzjonijiet oħra qasmu l-esperjenzi u l-aħjar prattiki tagħhom dwar l-iżviluppi msemmija. Wara, id-delegazzjoni, li s-sitwazzjoni tagħha kienet qed tiġi diskussa, ippreżentat kummenti addizzjonali.
Bħala punt separat, taħt "affarijiet oħra", id-delegazzjoni Ungeriża pprovdiet aġġornament dwar il-proċedura li għaddejja skont l-Artikolu 7(1) TUE marbuta mas-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-pajjiż.
Il-Kunsill adotta Direttiva dwar id-dritt tal-vot u ta' kandidatura fl-elezzjonijiet muniċipali ta' ċittadini tal-UE li jirrisjedu fi stat membru li ma jkunux ċittadini tiegħu. Il-Kunsill adotta wkoll deċiżjoni biex jiġi emendat l-Att Elettorali Ewropew li jippermetti votazzjoni bi prokura fil-Parlament Ewropew matul l-aħħar tat-tqala u fil-bidu tal-maternità.
Matul kolazzjon, il-ministri kellhom skambju informali dwar il-prospettiva strateġika, filwaqt li l-Kummissjoni ser tippreżenta fil-qosor l-istrateġija tagħha dwar l-ekwità interġenerazzjonali.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.