"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Il-ministri responsabbli għall-affarijiet Ewropej komplew it-tħejjijiet għall-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2025 billi ddiskutew l-abbozz ta' konklużjonijiet. Il-Kunsill iddiskuta l-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2028-2034 il-ġdid u evalwa l-progress fit-tkabbir tal-UE. Il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapporti ta' simplifikazzjoni, implimentazzjoni u infurzar tagħha għall-2025, u l-ministri kellhom skambju ta' fehmiet. Il-Kunsill approva d-dikjarazzjoni konġunta dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2026. Il-presidenza Daniża u l-presidenza Ċiprijotta li jmiss ippreżentaw il-pjan direzzjonali għas-semestru Ewropew 2026.
Matul il-presidenza Daniża, għamilna progress tajjeb f'qafas finanzjarju pluriennali 2028-2034 aktar sempliċi, aktar flessibbli u aktar effettiv. Imxejna wkoll 'il quddiem fuq l-aġenda ta' simplifikazzjoni tal-UE biex nagħtu spinta lill-kompetittività tal-UE u nagħmlu l-ħajja aktar faċli għan-negozji u ċ-ċittadini tagħna. U għamilna progress fl-aġenda tat-tkabbir - speċjalment mal-Ukrajna, il-Moldova, l-Albanija u l-Montenegro. Sfortunatament, ma kienx possibbli li jiġu adottati konklużjonijiet tal-Kunsill minħabba l-imblukkar ta' stat membru wieħed iżda 26 stat membru bagħtu sinjal ċar u qawwi dwar it-triq 'il quddiem għall-membri aspiranti kollha. Issa qed ngħaddu r-responsabbiltà lill-presidenza Ċiprijotta biex tkompli din il-ħidma fl-isforz komuni tagħna biex nindirizzaw b'mod effettiv l-isfidi ġeopolitiċi kbar li l-UE qed tiffaċċa bħalissa.
Marie Bjerre, Ministru għall-affarijiet Ewropej tad-Danimarka
Tħejjija għall-Kunsill Ewropew ta' Diċembru
Il-Kunsill kompla t-tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2025 billi ddiskuta l-abbozz ta' konklużjonijiet. Il-mexxejja mistennija jiddiskutu:
Il-Kunsill kellu r-raba' dibattitu ta' orjentazzjoni dwar il-QFP tal-UE għall-2028-2034.
L-iskambju ta' fehmiet iffoka fuq l-ewwel kaxxa ta' negozjar. Dan id-dokument, imħejji taħt ir-responsabbiltà tal-presidenza Daniża, għandu l-għan li jidentifika elementi għall-konsiderazzjoni politika u jiffaċilita d-diskussjoni tagħhom mill-mexxejja tal-UE (mingħajr ċifri) qabel il-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2025. Il-kaxxa ta' negozjar għandha tifforma wkoll il-bażi għal negozjati futuri bejn l-istati membri fil-livell tekniku.
Il-Kunsill ħa nota wkoll tar-rapporti ta' progress dwar il-QFP, l-abbozz ta' regolament li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Kompetittività, l-abbozz ta' regolament dwar il-pjanijiet ta' sħubija nazzjonali u reġjonali (NRPPs) u l-abbozz ta' regolament li jistabbilixxi l-istrument "Ewropa Globali".
Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-politika tat-tkabbir tal-UE. Il-Kunsill evalwa l-progress li sar fil-proċess tat-tkabbir u l-presidenza ħarġet konklużjonijiet appoġġati politikament minn 26 stat membru li jistabbilixxu prijoritajiet politiċi, jivvalutaw is-sitwazzjoni f'kull wieħed mis-sħab tal-UE u jistabbilixxu linji gwida għal aktar riformi.
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
Wara d-diskussjonijiet fil-Kunsill Affarijiet Ġenerali tas-17 ta' Novembru 2025, il-Kunsill approva dikjarazzjoni konġunta dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2026 flimkien mal-lista ta' proposti prijoritarji. Il-presidenti tat-tliet istituzzjonijiet (il-Kunsill tal-UE, il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea) ser jiġu mistiedna jiffirmaw din id-dikjarazzjoni konġunta fil-marġini tal-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru.
Rapporti dwar is-simplifikazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar
Il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ġenerali annwali tagħha dwar is-simplifikazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar, kif ukoll ir-rapporti ta' progress annwali dwar is-simplifikazzjoni, l-infurzar u l-implimentazzjoni rigward it-tkabbir u l-Viċinat tal-Lvant u fil-qasam tal-koeżjoni u r-riformi. Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar dawn ir-rapporti.
Il-presidenza Daniża u l-presidenza Ċiprijotta li jmiss ippreżentaw il-pjan direzzjonali għas-Semestru Ewropew 2026. Il-pjan direzzjonali huwa maqsum f'żewġ fażijiet: l-ewwel tkopri, fid-dettall, il-perjodu sal-Kunsill Ewropew ta' Marzu, u t-tieni, aktar indikattiva, tkopri l-perjodu bejn il-laqgħat tal-Kunsill Ewropew f'Marzu u Ġunju 2026. Iċ-ċiklu annwali tas-Semestru Ewropew beda din is-sena fil-25 ta' Novembru, meta l-Kummissjoni ppreżentat il-Pakkett tal-Ħarifa tagħha, fejn appellat lill-istati membri jieħdu azzjoni biex isaħħu l-kompetittività, il-produttività u l-innovazzjoni tal-Ewropa.
Id-delegazzjoni Franċiża, Irlandiża u Spanjola infurmaw lill-Kunsill dwar strateġija tal-UE għall-Makroreġjun tal-Atlantiku (EUSMAR).
Waqt ikla informali, il-ministri ddiskutewi il-kontribut tal-politika ta' koeżjoni tal-UE għall-prijoritajiet strateġiċi tal-UE.
Il-Kunsill adotta wkoll mingħajr diskussjoni deċiżjoni li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tibda negozjati mal-Istati Uniti dwar ftehim qafas għall-iskambju reċiproku ta' informazzjoni għas-sigurtà u l-verifika tal-identità relatati mal-proċeduri fuq il-fruntiera u l-applikazzjonijiet għall-viża. Dan il-ftehim qafas – ladarba jiġi nnegozjat – jiffunzjona bħala l-isfond legali għan-negozjati bilaterali tal-istati membri mal-Istati Uniti dwar ftehimiet ta' skambju ta' informazzjoni. Dawn il-ftehimiet fil-livell tal-UE u nazzjonali qed iseħħu fil-kuntest tal-isforzi tal-Istati Uniti li jikkonkludu "sħubijiet imsaħħa għas-sigurtà tal-fruntieri" ma' pajjiżi li jipparteċipaw fil-programm għall-eżenzjoni mill-viża tal-Istati Uniti.
Rigward ir-responsabbiltà, il-Kunsill adotta deċiżjoni dwar l-iffirmar tal-Konvenzjoni li tistabbilixxi Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet għall-Ukrajna. Il-Kummissjoni hija korp amministrattiv li jirrieżamina, jivvaluta u jiddeċiedi dwar talbiet għal kumpens għal dannu, telf jew korriment ikkawżati minn atti internazzjonalment illegali mwettqa mill-Federazzjoni Russa fl-Ukrajna jew kontriha mill-bidu tal-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.