- Summit Internazzjonali
Laqgħa tal-Komunità Politika Ewropea, 2 ta' Ottubru 2025
Riżultati ewlenin
Is-seba' laqgħa tal-Komunità Politika Ewropea laqqgħet flimkien mexxejja mill-kontinent kollu f'Copenhagen, id-Danimarka.
Il-Komunità Politika Ewropea hija turija ta' rieda politika komuni. (...) Flimkien, irridu naħdmu għall-paċi, l-iżvilupp u l-prosperità tas-soċjetajiet tagħna u taċ-ċittadini tagħna.
Il-President Costa
Il-mexxejja ddiskutew kif tista' tissaħħaħ l-Ukrajna, is-sitwazzjoni ġenerali tas-sigurtà fl-Ewropa u kif l-Ewropa tista' ssir aktar b'saħħitha u aktar sigura fis-sitwazzjoni ġeopolitika li qed niffaċċjaw.
Is-sessjoni plenarja tal-ftuħ kienet segwita minn diskussjonijiet paralleli madwar mejda li ffokaw fuq aspetti differenti tas-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-Ewropa, fosthom:
- it-theddid tradizzjonali u dak ibridu għas-sigurtà
- is-sigurtà ekonomika
- il-migrazzjoni
L-UE kienet irrappreżentata minn António Costa, il-President tal-Kunsill Ewropew, li kkopresieda l-laqgħa flimkien ma' Mette Frederiksen, il-Prim Ministru tad-Danimarka, kif ukoll mill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, u l-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola.
Il-laqgħa tal-Komunità Politika Ewropea saret l-għada tal-laqgħa informali tal-Kunsill Ewropew.
Il-Komunità Politika Ewropea
Il-Komunità Politika Ewropea għandha l-għan li
- trawwem djalogu politiku u kooperazzjoni biex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta' interess komuni
- issaħħaħ is-sigurtà, l-istabbiltà u l-prosperità tal-kontinent Ewropew
Din il-pjattaforma għall-koordinazzjoni politika ma tieħu post l-ebda organizzazzjoni, struttura jew proċess eżistenti, u lanqas m'għandha l-għan li toħloq oħrajn ġodda f'dan l-istadju.
S'issa, il-Komunità Politika Ewropea ltaqgħet seba' darbiet.
- Laqgħa tal-Komunità Politika Ewropea, 16 ta' Mejju 2025
- Laqgħa tal-Komunità Politika Ewropea, 7 ta' Novembru 2024
Il-laqgħat li jmiss tal-Komunità Politika Ewropea ser isiru fl-Armenja u fl-Irlanda.
Laqgħat sekondarji
Armenja
Il-President Costa, il-President von der Leyen u r-Rappreżentant Għoli Kaja Kallas iltaqgħu ma' Nikol Pashinyan, il-Prim Ministru tal-Armenja.
Il-President Costa feraħ lill-Prim Ministru Pashinyan għall-progress storiku miftiehem mal-Ażerbajġan, pass kruċjali lejn il-paċi u l-istabbiltà fir-reġjun.
Il-paċi li ksibtu hija mument kbir għall-Ewropa tagħna.
Il-President Costa
Relazzjonijiet tal-UE mal-Armenja
Ażerbajġan
Il-President Costa, il-President von der Leyen u r-Rappreżentant Għoli Kaja Kallas iltaqgħu mal-President tal-Ażerbajġan Ilham Aliyev u ferħulu wkoll għall-avvanz storiku reċenti miksub mal-Armenja f'Washington.
L-UE ser tkompli tinvesti fil-konnettività reġjonali - fit-trasport, l-enerġija u t-teknoloġija diġitali - permezz tal-istrateġija Global Gateway.
Inqisu l-Ażerbajġan bħala sieħeb importanti u aħna impenjati li nsaħħu r-rabtiet ta' bejnietna.
Il-President Costa
Relazzjonijiet tal-UE mal-Ażerbajġan
Greenland
Lejlet il-laqgħa tal-Komunità Politika Ewropea, il-President Costa ltaqa' mal-Prim Ministru ta' Greenland, Jens-Frederik Nielsen.
Greenland tista' tagħti kontribut importanti għas-sigurtà ekonomika u l-awtonomija strateġika tal-UE.
Il-President Costa
Moldova
Il-President Costa, il-President von der Leyen u r-Rappreżentant Għoli Kaja Kallas flimkien mal-mexxejja ta' Franza, il-Polonja, ir-Rumanija u rappreżentant mir-Renju Unit iltaqgħu mal-President tal-Moldova, Maia Sandu.
Il-President Costa feraħ lill-President Sandu għar-rebħa miksuba l-Ħadd li għadda mill-forzi demokratiċi u pro-Ewropej fil-Moldova. Il-mexxejja ddiskutew kif jista' jitħaffef il-progress lejn il-futur Ewropew li vvotaw għalih iċ-ċittadini tar-Repubblika tal-Moldova.
Għal darb'oħra, il-poplu tal-Moldova semma' leħnu: u għażel l-Ewropa.
Il-President Costa
Relazzjonijiet tal-UE mal-Moldova
Norveġja
Il-President Costa kellu laqgħa bilaterali mal-Prim Ministru tan-Norveġja, Jonas Gahr Støre.
In-Norveġja hija ħabiba u sieħba mill-qrib tal-UE. Il-kooperazzjoni dejjem aktar profonda tagħna hija bbażata fuq valuri kondiviżi u prijoritajiet komuni.
Il-President Costa
Flimkien, l-UE u n-Norveġja qed jaħdmu fuq l-implimentazzjoni tas-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża, qed isaħħu l-appoġġ tagħhom għall-Ukrajna, u qed jippromwovu l-aġenda klimatika.
Ukrajna
Il-President Costa, il-President von der Leyen u l-Prim Ministru Frederiksen iltaqgħu mal-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy u tennew l-appoġġ tal-UE u tas-sħab tagħha għall-Ukrajna sakemm tinkiseb paċi ġusta u dejjiema.
L-appoġġ għall-Ukrajna mhux appoġġ għall-gwerra, iżda għad-dritt tal-Ukrajna għal paċi dejjiema, għal paċi ġusta.
Il-President Costa
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Tomasik Spokesperson for the European Council President
- +32 470 88 23 83
- +32 2 281 51 50
-
Beatriz Navarro Deputy spokesperson for the European Council President
- +32 471 33 22 92
- +32 2 281 51 50
-
Symeon Piperidis Press officer
- +32 478 83 12 21
- +32 2 281 84 72
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
Laqgħat oħra: Summit Internazzjonali
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 6 ta' Ottubru 2025