"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 18/11/2016, 18 ta' Novembru 2016

Riżultati ewlenin

ETIAS

Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta reċenti tagħha dwar is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS), li ser tippermetti verifiki minn qabel, u jekk ikun meħtieġ, jiġi rrifjutat id-dħul lil vjaġġaturi eżentati mill-obbligu tal-viża.

Fil-prinċipju, il-Ministri qiesu s-sistema proposta bħala għodda adatta biex tiġi indirizzata d-diskrepanza fl-informazzjoni dwar viżitaturi eżentati mill-obbligu tal-viża u b'hekk ser issaħħaħ il-politika tal-UE dwar is-sigurtà u l-ġestjoni tal-fruntieri. Huma inkarigaw l-esperti biex jibdew jeżaminaw il-proposta.

Billi l-ETIAS tinsab fuq il-lista ta' prijoritajiet tal-Presidenza tagħna, l-esperti ser jibdew jaħdmu fuq dan il-fajl importanti ħafna diġà aktar tard dan ix-xahar u fil-ġimgħat li għad fadal f'Diċembru. Huwa siewi li l-UE tista' tuża wkoll l-esperjenzi pożittivi fl-Istati Uniti u l-Kanada.

Robert Kaliňák, ministru għall-intern Slovakk u President tal-Kunsill

Skambju ta' informazzjoni u interoperabbiltà

Il-Kunsill ħa nota tal-progress fl-implimentazzjoni ta' pjan direzzjonali għat-titjib tal-iskambju ta' informazzjoni u l-ġestjoni tal-informazzjoni, inkluż soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni.

Il-ministri ġew informati dwar il-ħidma tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar is-Sistemi ta' Informazzjoni u l-Interoperabbiltà (HLEG). Huma ddiskutew it-titjib u funzjonalitajiet addizzjonali li tista' toffri s-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS).

L-investiment fi skambju ta' informazzjoni u ġestjoni tal-informazzjoni rapidi, effettivi u kwalitattivi u l-iżgurar tal-interoperabbiltà tal-bażijiet ta' data u tas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE huma mod importanti ta' kif jiġu indirizzati l-isfidi attwali ta' sigurtà.

L-iskambju ta' informazzjoni u l-interoperabilità huma l-pilastru ewlieni - l-alfa u l-omega - ta' ġlieda effettiva kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata. Qed nirreferu għall-għoti ta' data rilevanti lill-bażijiet ta' data rilevanti, il-kwalità tad-data, l-ipproċessar tagħha u l-aċċess għaliha - jeħtieġ li kull ħolqa tal-katina taħdem. Inkella, jkun hemm konsegwenzi. Il-fiduċja reċiproka bejn l-istati membri u l-aġenziji Ewropej hija wkoll element ewlieni.

Robert Kaliňák, ministru għall-intern Slovakk u President tal-Kunsill

Ġlieda kontra t-terroriżmu

Il-Kunsill ħa nota tar-rapport tal-Koordinatur tal-UE għall-ġlieda kontra t-terroriżmu dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri għall-ġlieda kontra t-terroriżmu.

Ir-rapport jippreżenta s-sitwazzjoni attwali ġenerali, li tkopri l-progress fil-miżuri kollha mill-Kunsill Ewropew tat-12 ta' Frar 2015 'il hawn. Dan jinkludi wkoll sett ta' rakkomandazzjonijiet għal azzjoni futura.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025