Skip to content
  • Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Kunsill Straordinarju Ġustizzja u Affarijiet Interni, 28 ta' Marzu 2022

Riżultati ewlenin

Il-ministri ltaqgħu biex jiddiskutu aktar koordinazzjoni fl-akkoljenza ta' refuġjati mill-Ukrajna. Mill-24 ta' Frar 2022, madwar 3.8 miljun persuna, prinċipalment nisa u tfal, waslu fl-Unjoni Ewropea wara li ħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna.

Il-ministri evalwaw il-mezzi materjali u finanzjarji ta' appoġġ implimentati, mhux biss f'termini ta' livell iżda wkoll f'termini tal-flessibbiltà tagħhom. Huma ddiskutew ħtiġijiet finanzjarji addizzjonali possibbli kif ukoll lakuni possibbli fl-appoġġ ipprovdut mill-aġenziji. Id-diskussjoni dwar il-ħtiġijiet ta' assistenza fuq terminu medju u twil issa ser tkompli fil-livell tal-esperti.

Il-ministri ddiskutew ukoll l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni dwar il-protezzjoni temporanja u esprimew l-appoġġ tagħhom għal aktar koordinazzjoni ta' gwida u tal-ispostamenti ġewwa l-UE. B'mod partikolari, huma appellaw lill-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-eu-LISA, biex tagħmel progress malajr kemm jista' jkun dwar soluzzjoni tal-IT li tippermetti approċċ ċentralizzat fuq skala Ewropea għar-reġistrazzjoni tar-refuġjati mill-Ukrajna. Din il-konsolidazzjoni fil-livell tal-UE tar-reġistrazzjoni fil-bażijiet ta' data nazzjonali ser tiffaċilita l-protezzjoni tar-refuġjati, inkluż il-minorenni mhux akkumpanjati, u l-ispostamenti tagħhom fl-UE. Il-ministri ħadu kont ukoll ta' ideat u proġetti pilota dwar il-koordinazzjoni bejn l-istati membri tat-trasport bil-ferrovija u bil-karozzi tal-linja.

Il-ministri ħadu nota tal-impenji għall-akkoljenza tar-refuġjati mill-Moldova, fejn diġà hemm proposti 14 500 post. Huma laqgħu wkoll il-proċeduri operazzjonali approvati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta' dawn l-operazzjonijiet ta' evakwazzjoni.

Fl-aħħar nett, il-ministri tennew il-ħtieġa għal applikazzjoni stretta kontinwa tal-kontrolli fil-fruntieri esterni. Huma appoġġaw ukoll il-mobilizzazzjoni tan-Network tal-UE għall-Kriminalità Serja u Organizzata (EMPACT) biex jiġi evitat l-isfruttament tas-sitwazzjoni mill-kriminali, inkluż permezz tat-traffikar tal-bnedmin, il-frodi online u l-użu ħażin ta' fondi allokati għas-sostenn tar-refuġjati, jew it-traffikar tal-armi.

Fil-marġini tal-laqgħa tal-Kunsill, il-ministri kellhom l-opportunità li jitkellmu mal-Ministru għall-Intern tal-Ukrajna permezz ta' vidjokonferenza.

Fi tmiem il-laqgħa, il-Kummissjoni ppreżentat pjan ta' azzjoni konġunt f'għaxar punti, ikkoordinat mal-Presidenza Franċiża tal-Kunsill tal-UE, biex jipprovdi rispons operazzjonali għas-sitwazzjoni.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025