Skip to content
  • Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija, 27/02/2017, 27 ta' Frar 2017

Riżultati ewlenin

Il-Ministri taw l-ewwel reazzjonijiet tagħhom għall-pakkett leġislattiv estensiv tal-Kummissjoni "Enerġija Nadifa Għall-Ewropej Kollha", li għandu tliet għanijiet ewlenin: li jqiegħed l-effiċjenza enerġetika qabel kollox, li jikseb tmexxija globali fil-qasam tal-enerġiji rinnovabbli u li jagħti offerta ġusta lill-konsumaturi.

Il-pakkett jinkludi proposti dwar it-tfassil tas-suq tal-elettriku, l-effiċjenza enerġetika, is-sigurtà tal-provvista, is-sorsi rinnovabbli u r-regoli ta' governanza bil-għan li tiġi implimentata l-istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija. L-għan ġenerali tal-istrateġija hu li sal-2030 l-UE tinbidel f'ekonomija b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju.

Il-Ministri għarfu l-importanza ta' din il-leġislazzjoni u ssottolinjaw il-ħtieġa li jsir progress fir-rigward tal-proposti kollha. Madankollu, huma saħqu wkoll li l-implikazzjonijiet ta' dawn il-kwistjonijiet għall-istati membri kif ukoll ir-responsabbiltà tal-koleġislaturi huma tali li l-proposti għandhom jiġu eżaminati fid-dettall.

Il-Kunsill sema' l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tar-rapport reċenti tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija. Il-Ministri laqgħu l-konklużjoni tar-rapport li l-Unjoni Ewropea diġà kisbet tnaqqis konsiderevoli fil-konsum tal-enerġija u li l-UE tinsab fid-direzzjoni t-tajba biex tilħaq il-mira tagħha rigward l-effiċjenza enerġetika għall-2020. Fl-istess ħin, huma għarfu li jeħtieġ li jitkomplew l-isforzi tal-istati membri.

Taħt il-punt "affarijiet oħra", il-Kunsill ġie infurmat mill-Presidenza dwar il-progress f'żewġ proposti leġislattivi importanti, li fir-rigward tagħhom diġà bdew in-negozjati mal-Parlament Ewropew: ir-regolamenti dwar is-sigurtà tal-provvista tal-gass ut-tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika. Il-Presidenza biħsiebha tilħaq qbil politiku mal-Parlament Ewropew dwar dawn iż-żewġ fajls dan is-semestru.

Diversi Ministri talbu lill-Kummissjoni għal kjarifiki dwar il-gassdott Nordstream2, anke fis-segwitu għall-ittra mibgħuta mill-President tal-Kumitat ITRE tal-Parlament lill-President tal-Kunsill Ewropew tal-Enerġija dwar din il-kwistjoni.

Il-Ministri ġew ukoll aġġornati dwar il-Forum dwar l-Enerġija mill-Oċeani.

Waqt ikla ta' ħidma, il-ministri ddiskutew il-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, minħabba r-rabtiet mill-qrib tagħha mal-proposti l-oħra kollha dwar Enerġija Nadifa.

"Il-Presidenza Maltija qed tiffoka fuq inizjattivi li jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies. Għaldaqstant qed inħaffu x-xogħol tagħna rigward il-leġislazzjoni dwar is-Sigurtà tal-Provvista tal-Gass, li ser tiżgura disponibbiltà tal-gass għall-istati membri kollha, kif ukoll rigward il-leġislazzjoni dwar it-tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika, li ser tippermetti lill-konsumaturi jagħmlu għażliet infurmati meta jixtru prodott.

Aħna wkoll konxji mill-importanza strateġika tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-benefiċċji li din ser iġġib għall-ekonomija u għaċ-ċittadini tagħna. Aħna impenjati b'mod sħiħ lejn progress fir-rigward tal-pakkett Enerġija Nadifa permezz ta' djalogu effettiv."

Konrad Mizzi, Ministru Malti

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025