"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija, 26/06/2017, 26 ta' Ġunju 2017

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill adotta, mingħajr dibattitu, regolament dwar

  • it-tikkettar tal-effiċjenza tal-enerġija li jippermetti lill-konsumaturi jkunu aktar konxji mill-effiċjenza fl-enerġija u l-konsum ta' enerġija ta’ apparat domestiku, u għaldaqstant jgħinhom inaqqsu l-ispejjeż tal-enerġija tagħhom u jikkontribwixxi għall-moderazzjoni tad-domanda għall-enerġija.

Il-Kunsill approva l-pożizzjoni tiegħu dwar żewġ proposti għal direttivi riveduti dwar

  • l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, li tistabbilixxi mira tal-UE ta’ 30 % għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u obbligu ta’ ffrankar tal-enerġija ta’ 1.5 %, li jonqos għal 1.0 % għall-perjodu 2026-2030, dment li l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu li l-Kummissjoni ser twettaq fl-2024 ma tikkonkludix li l-UE ma tkunx fit-triq it-tajba biex tilħaq il-miri tagħha.
  • ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija li għandha l-għan li tippromwovi l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-bini u tappoġġa r-rinnovament kosteffettiv tal-bini bil-ħsieb tal-għan fit-tul tad-dekarbonizzazzjoni tal-istokk ferm ineffiċjenti tal-bini Ewropew eżistenti.

Il-Kunsill ħa nota ta’ rapport ta’ progress fil-fajls leġislattivi tal-pakkett dwar l-enerġija nadifa b’mod partikolari fir-rigward tas-suq intern għall-elettriku, il-governanza u l-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

Il-ministri rrikonoxxew l-importanza ta’ din il-leġislazzjoni u l-ħtieġa li jsir progress malajr kemm jista’ jkun, iżda enfasizzaw ukoll li, minħabba l-implikazzjonijiet estensivi tal-proposti, jeħtieġ li jsir eżami fil-fond.

“Aħna kburin ħafna li lħaqna dawn il-pożizzjonijiet tal-Kunsill, fatt li jibgħat messaġġ lill-pubbliku li l-Kunsill qed jieħu l-impenji tiegħu fir-rigward tal-enerġija u l-klima bis-serjetà u huwa lest jimpenja ruħu f’negozjati mal-Parlament Ewropew mill-aktar fis possibbli. Iż-żewġ atti leġislattivi ser isawru l-miżuri għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija li l-istati membri ser jieħdu fl-għaxar snin li ġejjin u wara.”

Joe Mizzi, il-ministru Malti għall-Enerġija u l-Ġestjoni tal-Ilma

Il-Kunsill ġie infurmat mill-Kummissjoni dwar l-iżviluppi reċenti fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni fil-qasam tal-enerġija, inkluż dwar it-talba reċenti tal-Kummissjoni għal mandat ta’ negozjar għal ftehim bejn l-UE u l-Federazzjoni Russa dwar tal-pipeline Nord Stream 2.

Il-Kummissjoni spjegat li l-għan tal-ftehim huwa li tiġi evitata inċertezza legali u li jiġi żgurat li l-parti tal-pipeline fuq l-art tikkonforma mal-leġislazzjoni rilevanti kollha tal-UE f’dan il-qasam, li tinkludi s-suq intern tal-enerġija, is-sigurtà tal-provvista tal-gass, il-kompetizzjoni u l-ambjent.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025