"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Telekomunikazzjoni), 08/06/2018, 8 ta' Ġunju 2018

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill qabel dwar approċċ ġenerali rigward Att dwar iċ-Ċibersigurtà propost. Il-proposta għandha l-għan li toħloq qafas taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà madwar l-UE kollha għall-prodotti u s-servizzi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), u li tgħolli l-istatus tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) għal aġenzija permanenti tal-UE għaċ-ċibersigurtà.

Aħna lkoll irridu li l-apparati tagħna jkunu sikuri. Dan il-qafas ġdid ta' ċertifikazzjoni ser iżid il-fiduċja u l-kunfidenza f'soluzzjonijiet diġitali innovattivi. Ivaylo Moskovski, il-Ministru għat-Trasport, it-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-Bulgarija.

Il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar proposta biex jiġu aġġornati r-regoli tal-privatezza għall-komunikazzjonijiet elettroniċi (privatezza elettronika). L-iskop tal-abbozz ta’ regolament huwa li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-ħajja privata, il-komunikazzjonijiet u d-data personali fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika, u biex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi għal fornituri ta’ servizzi differenti.

Il-ministri kellhom ukoll dibattitu ta' orjentazzjoni dwar abbozz ta' direttiva biex jiġi promoss l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku. L-għan tal-proposta huwa li ssaħħaħ l-ekonomija tad-data tal-UE billi jiżdied l-ammont tad-data tas-settur pubbliku disponibbli għall-użu mill-ġdid, filwaqt li tiżgura l-kompetizzjoni ġusta u tinkoraġġixxi l-innovazzjoni transkonfinali bbażata fuq id-data. Id-diskussjoni ser tiggwida l-ħidma futura fuq il-proposta.

Kif u għaliex għandna ntejbu ċ-ċibersigurtà fl-UE?

Ċibersigurtà tal-UE (Infografika)

Barra minn hekk, il-presidenza infurmat lill-ministri dwar l-aħħar żviluppi rigward kodiċi Ewropew għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u mandat aġġornat għall-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC). Il-presidenza laħqet ftehim proviżorju mal-Parlament Ewropew dwar iż-żewġ proposti fil-5 ta' Ġunju.

Il-presidenza aġġornat ukoll lill-ministri dwar l-abbozz ta' regolament dwar il-moviment liberu ta' data mhux personali. L-objettiv huwa li jintlaħaq qbil mal-Parlament sal-aħħar ta' Ġunju.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025