Skip to content
  • Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Enerġija), 11/06/2018, 11 ta' Ġunju 2018

Highlights from the Energy Council of 11 June 2018, held in Luxembourg
The EU agency for cooperation of energy regulators (ACER) ensures smooth flow of electricity and natural gas across borders

Riżultati ewlenin

Regolament dwar l-ACER

Waqt sessjoni pubblika, il-Kunsill laħaq qbil dwar il-pożizzjoni tiegħu rigward ir-regolament dwar l-ACER, l-Aġenzija tal-UE għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija. Mill-ħolqien tagħha fl-2011, l-ACER tejbet il-koordinazzjoni bejn ir-regolaturi tal-enerġija f'dak li jikkonċerna kwistjonijiet transkonfinali. Il-grilja tal-elettriku tal-Unjoni hija interkonnessa mill-qrib u qed jiżdied il-bżonn li l-pajjiżi ġirien jikkooperaw biex iżommu l-istabbiltà tal-grilja u jintegraw volumi kbar ta' enerġiji rinnovabbli. Kompetenzi u kompiti regolatorji ġodda għandhom jingħataw lill-aġenzija biss dment li jiġi ggarantit l-involviment xieraq tal-istati membri.

Il-parti "Enerġija" tal-Kunsill tal-UE qablet dwar test għal approċċ ġenerali dwar il-proposta għal reviżjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Aġenzija tal-UE għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija. Il-proposta għar-reviżjoni tar-regolament dwar l-ACER hija l-aħħar att legali tal-Pakkett Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha, li fl-aħħar il-Kunsill laħaq approċċ ġenerali dwaru. Il-Presidenza Bulgara qed taħdem bla heda biex issib soluzzjonijiet ta' kompromess għad-diversi pożizzjonijiet li tqajmu mid-delegazzjonijiet bil-ħsieb li jinkiseb bilanċ xieraq fit-test. L-ilħuq ta' approċċ ġenerali hija opportunità biex tiġi deskritta l-pożizzjoni preliminari tal-Kunsill bħala bażi għat-tħejjija tan-negozjati mal-Parlament Ewropew. Temenuzhka Petkova, Ministru għall-Enerġija tal-Bulgarija

Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli u direttiva dwar l-effiċjenza tal-enerġija

Waqt sessjoni pubblika, il-Kunsill ħa nota tal-informazzjoni mill-presidenza dwar is-sitwazzjoni attwali rigward it-tliet fajls tal-pakkett enerġija nadifa dwar il-governanza, l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Minn Frar 'il hawn saru total ta' ħdax-il trilogu. In-negozjati mal-Parlament Ewropew issa daħlu fi stadju avvanzat. Il-kwistjonijiet pendenti ewlenin li għad jeħtieġu qbil huma l-livell tal-miri, il-kontribuzzjonijiet u t-trajettorji.

Relazzjonijiet esterni dwar l-enerġija

Il-ministri kellhom l-opportunità li jisimgħu preżentazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-relazzjonijiet esterni dwar l-enerġija, li kienet tkopri l-Eġittu, l-Ukrajna, il-Balkani tal-Punent, l-Iran, il-Forum Ministerjali dwar l-Enerġija Nadifa u l-Missjoni Innovazzjoni.

Il-presidenza Awstrijaka li jmiss

Id-delegazzjoni Awstrijaka ddeskriviet il-programm ta' ħidma u l-prijoritajiet tagħha fil-qasam tal-politika dwar l-enerġija għas-sitt xhur li jmiss.

Il-pakkett dwar l-enerġija nadifa huwa komponent ewlieni tal-Unjoni tal-Enerġija.
Enerġija nadifa għall-Ewropej: Importanti ħafna biex tmexxi 'l quddiem l-Unjoni tal-Enerġija (Infografika)

Enerġija nadifa għall-Ewropej: Importanti ħafna biex tmexxi 'l quddiem l-Unjoni tal-Enerġija (Infografika)

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025