"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija, 18/12/2017, 18 ta' Diċembru 2017

Il-pakkett dwar l-enerġija nadifa huwa komponent ewlieni tal-Unjoni tal-Enerġija.

Enerġija nadifa għall-Ewropej: Importanti ħafna biex tmexxi 'l quddiem l-Unjoni tal-Enerġija (Infografika)

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjonijiet ta' negozjar tiegħu dwar erba' proposti leġislattivi tal-Pakkett dwar l-enerġija nadifa. Dan huwa pass importanti lejn l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija u li jintlaħqu l-miri tal-enerġija u l-klima għall-2030 tal-Unjoni Ewropea.

Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija

Dan ir-regolament jistabbilixxi ir-regoli ta' governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u ser jissorvelja l-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-enerġija u tal-klima għall-2030 tal-UE.

Dan jinkludi tliet punti ta' riferiment (fl-2023, l-2025 u l-2027) għat-trajettorja indikattiva tal-enerġija rinnovabbli għall-istati membri biex ikun żgurat li l-UE tilħaq il-mira tagħha għall-enerġija rinnovabbli ta' 27% sal-2030.

Enerġija rinnovabbli

Din id-direttiva tippromwovi l-enerġija rinnovabbli fl-UE kollha u b'mod partikolari, issaħħaħ il-pożizzjoni tal-konsumaturi biex jieħdu l-inizjattiva u jsiru produtturi huma stess.

L-Unjoni hija impenjata li tilħaq il-mira li, sal-2030, mill-anqas 27% tal-konsum globali tagħha tal-enerġija jkun ta' enerġija rinnovabbli. Fis-settur tat-trasport, il-mira għall-enerġija rinnovabbli għall-2030 hija ffissata għal 14% għal kull stat membru.

Is-suq intern tal-elettriku

Dan ir-regolament huwa l-pedament tat-tfassil mill-ġdid tas-suq tal-elettriku tal-UE u jistabbilixxi r-regoli biex jiġi żgurat suq modern, li jaħdem sew, kompetittiv u mingħajr distorsjoni bl-għan li titjieb il-flessibbiltà, id-dekarbonizzazzjoni u l-innovazzjoni.

Regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku

Din id-direttiva tistabbilixxi regoli komuni li jiżguraw li s-suq tal-elettriku tal-UE jkun iċċentrat fuq il-konsumatur, flessibbli u mhux diskriminatorju. Il-konsumaturi ser ikollhom aktar drittijiet li jippermettulhom isiru aktar attivi u involuti fis-suq.

Fil-futur, il-fornituri tal-elettriku ser ikunu jistgħu jistabbilixxu l-prezzijiet liberament. Dan ser jillimita d-distorsjonijiet, jagħti spinta lill-kompetizzjoni u jwassal għal prezzijiet bl-imnut aktar baxxi.

Dawn il-pożizzjonijiet jippermettu lill-Kunsill biex jibda n-negozjati mal-Parlament Ewropew is-sena dieħla fil-qafas tal-proċedura leġislattiva ta' kodeċiżjoni.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025