"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Trasport), 03/12/2018, 3 ta' Diċembru 2018

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni tiegħu (approċċ ġenerali) dwar riforma ewlenija tas-settur tat-trasport bit-triq, li tinkludi l-kondizzjonijiet tax-xogħol tas-sewwieqa, regoli ta' stazzjonar speċjali għas-sewwieqa fit-trasport internazzjonali, aċċess għas-suq tat-trasport tal-merkanzija, u infurzar aħjar.

Din ir-riforma ser tipprovdi kjarezza ferm meħtieġa għas-settur tal-irmunkar bit-triq. Ilħaqna eżitu bilanċjat, li jiżgura kondizzjonijiet tax-xogħol diċenti għas-sewwieqa, suq uniku li jiffunzjona tajjeb għall-kumpaniji tat-trasport u metodi ta' kontroll effiċjenti u kooperazzjoni għall-awtoritajiet tal-infurzar. Norbert Hofer, Ministru għat-Trasport, l-Innovazzjoni u t-Teknoloġija tal-Awstrija, President tal-Kunsill

Il-Kunsill laħaq ukoll approċċ ġenerali dwar proposta li t-trasport kombinat isir aktar kompetittiv meta mqabbel mat-trasport tal-merkanzija bit-triq biss.

Il-Kunsill jadotta l-pożizzjoni tiegħu (approċċ ġenerali parzjali) dwar proposta li tiżgura li programm ewlieni tal-UE Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) ser ikompli jiffinanzja proġetti ewlenin fis-setturi tat-trasport, diġitali u tal-enerġija lil hinn mill-2020.

Il-Faċilità tinsab hemm biex tgħin lill-istati membri fit-triq tad-dikarbonizzazzjoni, it-trasformazzjoni diġitali u l-bini ta' mobilità anqas imxekkla. Norbert Hofer, Ministru għat-Trasport, l-Innovazzjoni u t-Teknoloġija tal-Awstrija, President tal-Kunsill

Il-Kunsill laħaq qbil ukoll dwar approċċ ġenerali dwar proposti għat-tisħiħ tal-ġestjoni tas-sikurezza tal-infrastruttura tat-toroq, l-istabbiliment ta' tieqa unika marittima Ewropea għall-formalitajiet ta' rappurtar tal-bastimenti, u regoli integrati dwar it-taħriġ tal-baħħara.

Il-ministri vvalutaw il-progress f'għadd ta' proposti, inkluż it-tmiem tat-tibdil staġonali fil-ħin u l-aġġornament tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferrovija.

Il-Kunsill adotta wkoll konklużjonijiet dwar it-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni.

Filmat tal-punti ewlenin tal-laqgħa tal-Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Trasport) li saret fi Brussell fit-3 ta' Diċembru 2018

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025