"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Enerġija), 19 ta' Ġunju 2023

Riżultati ewlenin

It-tfassil tas-suq tal-elettriku

Il-Kunsill laħaq approċċ ġenerali dwar proposta għal regolament dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (REMIT).

Il-proposta għandha l-għan li tappoġġa l-kompetizzjoni miftuħa u ġusta fis-swieq Ewropej tal-enerġija bl-ingrossa, billi tipprojbixxi l-kummerċ ibbażat fuq informazzjoni privileġġata u tiskoraġġixxi l-manipulazzjoni tas-suq.

Ebba Busch, Ministru għall-enerġija, in-negozju u l-industrija tal-Iżvezja
Ninsab kuntenta li sibna ftehim dwar ir-regolament tar-REMIT. Huwa parti importanti mir-riforma tas-suq tal-elettriku li ser tiżgura t-trasparenza u l-integrità fis-suq tal-enerġija tal-UE.
Ebba Busch, Ministru għall-enerġija, in-negozju u l-industrija tal-Iżvezja
Ebba Busch, Ministru għall-enerġija, in-negozju u l-industrija tal-Iżvezja

Il-proposta tar-REMIT hija parti minn riforma usa' tat-tfassil tas-suq tal-elettriku tal-UE. Il-partijiet li fadal tar-riforma, li għandhom l-għan li jagħmlu l-prezzijiet tal-elettriku inqas dipendenti fuq prezzijiet volatili tal-fjuwils fossili, iħarsu lill-konsumaturi minn żidiet qawwija fil-prezzijiet, idaħħlu l-użu tal-enerġiji rinnovabbli aktar malajr u jtejbu l-protezzjoni tal-konsumatur, ser jiġu miftiehma fi stadju aktar tard.

Affarijiet oħra

Taħt affarijiet oħra, il-Kummissjoni pprovdiet ħarsa ġenerali lejn l-iżviluppi ewlenin fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni fil-qasam l-enerġija matul dan is-semestru u infurmat lill-ministri dwar l-inizjattivi li jmiss b'rabta mar-relazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-enerġija.

Il-Kummissjoni aġġornat lill-ministri wkoll dwar it-tħejjija għax-xitwa 2023/2024.

Il-Litwanja tat informazzjoni lill-ministri dwar is-sikurezza nukleari u kwistjonijiet persistenti ta' trasparenza marbuta mat-tnedija tat-tieni unità tal-enerġija tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ostravets fil-Belarussja.

Ċipru informa lill-ministri dwar l-iżgurar tas-sikurezza nukleari fid-dawl tal-kostruzzjoni u l-operat tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Akkuyu fuq il-kosta tan-Nofsinhar tat-Turkija.

Il-presidenza Spanjola li jmiss ippreżentat il-programm ta' ħidma tagħha.

Il-Kunsill approva wkoll il-lista ta' punti "A" elenkati hawn taħt.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025