- Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija
Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Trasport), 1 ta' Ġunju 2023
Riżultati ewlenin
Il-ministri reponsabbli għat-trasport iltaqgħu fil-Lussemburgu biex jiddiskutu l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva riveduta dwar il-liċenzji tas-sewqan u ser jevalwaw il-progress fuq direttiva riveduta li għandha l-għan li tiffaċilita l-iskambju transfruntier ta' informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq.
Il-presidenza infurmat ukoll lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali tal-komponenti tat-trasport tal-pakkett Lesti għall-mira ta' 55 % u fajls leġiżlattivi pendenti oħra.
Riforma tad-direttiva dwar il-liċenzji tas-sewqan
Fl-1 ta' Marzu 2023, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għar-raba' riforma tad-direttiva dwar il-liċenzji tas-sewqan bħala parti mill-"pakkett dwar is-sikurezza fit-toroq" bl-għan li tittejjeb is-sikurezza fit-toroq u jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-persuni.
Il-Kunsill kellu dibattitu ta' orjentazzjoni fejn il-ministri esploraw modi possibbli kif dan l-att leġiżlattiv jista' jikkontribwixxi aktar biex tiżdied is-sikurezza fit-toroq fl-Unjoni. Il-ministri esprimew il-fehmiet tagħhom dwar ir-rekwiżit ta' awtovalutazzjoni tas-saħħa qabel ma tinħareġ jew tiġġedded liċenzja tas-sewqan u dwar jekk il-proposta tal-Kummissjoni tipprovdix l-elementi ġusti f'termini ta' diġitalizzazzjoni u adattament għall-iżvilupp teknoloġiku. Fir-rigward tal-liċenzji tas-sewqan diġitali, il-ministri esprimew l-opinjonijiet tagħhom dwar elementi ewlenin fit-tfassil u l-implimentazzjoni tagħhom, pereżempju fir-rigward tal-istandards tal-UE, il-kontrollabbiltà, l-introduzzjoni gradwali u s-sostituzzjoni gradwali tal-liċenzji fiżiċi. Id-dibattitu ministerjali ġibed attenzjoni għall-prattiki tajba applikati mill-istati membri, li jistgħu jiġu sfruttati għall-proċess leġiżlattiv li għaddej, u enfasizza l-prinċipji bażiċi li jeħtieġ li jiġu segwiti meta l-esperti nazzjonali jkomplu d-diskussjonijiet tagħhom fil-livell tekniku fil-korpi preparatorji tal-Kunsill fix-xhur li ġejjin.
Skambju transfruntier ta' informazzjoni dwar reati tat-traffiku
Il-proposta tal-Kummissjoni biex tiġi emendata d-direttiva tal-2015 dwar l-iskambju transfruntier ta' informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq ġiet ippreżentata fl-1 ta' Marzu 2023, bħala parti mill-"pakkett" dwar is-sikurezza fit-toroq, bl-għan li jiġi żgurat li s-sewwieqa mhux residenti jirrispettaw ir-regoli fi stati membri oħra.
Il-ministri ħadu nota tar-rapport ta' progress dwar il-ħidma li saret s'issa fil-korpi preparatorji tal-Kunsill dwar din ir-reviżjoni proposta. Huma qablu li dan l-att leġiżlattiv huwa għodda utli għat-titjib tas-sikurezza fit-toroq billi jgħin lill-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw lill-persuni responsabbli għal reati tat-traffiku transfruntieri. Madankollu, id-dibattitu ministerjali wera li hija meħtieġa aktar ħidma fil-Kunsill fix-xhur li ġejjin bil-ħsieb li jintlaħaq eżitu tajjeb dwar din il-proposta leġiżlattiva.
- Proposta għal direttiva li tiffaċilita l-iskambju transfruntier ta' informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq, rapport ta' progress għall-Kunsill TTE tal-1 ta' Ġunju 2023, 12 ta' Mejju 2023
- Direttiva li tiffaċilita l-iskambju transfruntier ta' informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq, proposta tal-Kummissjoni, 1 ta' Marzu 2023
Affarijiet oħra
Il-pakkett "Lesti għall-mira ta' 55 %"
Il-presidenza infurmat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali tal-komponenti tat-trasport tal-pakkett "Lesti għall-mira ta' 55 %", jiġifieri:
- ir-regolament dwar l-użu ta' fjuwils rinnovabbli u b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu (inizjattiva FuelEU Maritime)
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
- ir-regolament dwar il-varar ta' infrastruttura ta' fjuwils alternattivi (AFIR)
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
- ir-regolament dwar l-iżgurar ta' kondizzjonijiet ekwi għal trasport bl-ajru sostenibbli (inizjattiva ReFuel Aviation)
Proposti leġiżlattivi attwali
Il-presidenza infurmat lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni attwali tal-proposti leġiżlattivi pendenti li ġejjin:
- ir-regolamenti dwar l-Ajru Uniku Ewropew 2+ (il-pakkett SES2+)
- ir-reviżjoni tad-direttiva dwar il-qafas għall-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti (ITS)
- ir-reviżjoni tar-regolament dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T)
- id-direttiva dwar l-effett fl-Unjoni kollha ta' ċerti skwalifiki tas-sewqan
Suġġetti oħra
Ukrajna
Il-Kummissjoni infurmat lill-ministri dwar l-iżviluppi fil-qasam tat-trasport b'rispons għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja fl-Ukrajna b'enfasi fuq l-inizjattiva ta' korsiji ta' solidarjetà u s-sanzjonijiet speċifiċi tat-trasport kontra r-Russja.
Avjazzjoni
Il-Kummissjoni pprovdiet gwida possibbli dwar it-tħejjijiet għall-istaġun tal-ivvjaġġar bl-ajru tas-sajf, bħall-koordinazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u miżuri biex jiġi limitat it-tfixkil marbut mal-azzjonijiet industrijali, biex jiġu evitati l-konġestjoni u d-dewmien għall-passiġġieri.
Id-delegazzjoni Awstrijaka, Franċiża, Irlandiża u dik Netherlandiża indirizzaw l-impatt ambjentali tal-ivvjaġġar bil-ġett privat fil-livell tal-UE.
Trasport fuq l-art
Id-delegazzjoni Ċeka infurmat lill-Kunsill dwar il-kungress li jmiss tal-assoċjazzjoni dinjija tat-toroq (PIARC) li għandu jsir fi Praga mit-2 sas-6 ta' Ottubru 2023.
Id-delegazzjoni Bulgara, Ċeka, Franċiża, Pollakka, Rumena, Slovakka, Taljana u dik Ungeriża indirizzaw l-istandards il-ġodda tal-emissjonijiet tal-vetturi EURO 7 u l-impatt tagħhom fuq il-mobbiltà fl-UE.
Id-delegazzjoni Ġermaniża u dik Taljana indirizzaw il-kwistjoni tal-moviment liberu tal-merkanzija tul l-awtostrada Brenner.
Id-delegazzjoni Awstrijaka u dik Netherlandiża ppreżentaw it-tielet rapport ta' progress tal-pjattaforma dwar it-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-ferrovija (IRP).
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
Trasport bil-baħar
Id-delegazzjoni Finlandiża ppreżentat il-kandidatura Finlandiża għall-kariga ta' Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO).
Programm ta' ħidma tal-Presidenza
Id-delegazzjoni Spanjola ppreżentat il-prijoritajiet u l-programm ta' ħidma tagħha għat-tieni nofs tal-2023.
Il-Kunsill adotta wkoll, mingħajr diskussjoni, il-punti li jidhru fil-lista ta' punti A mhux leġiżlattivi.
Ikla ta' ħidma informali
Waqt ikla informali, il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar miżuri possibbli għal trasport tal-merkanzija aktar effiċjenti u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent. Il-ministri ddiskutew l-aktar miżuri u sfidi importanti biex jintlaħaq dan l-objettiv fl-Ewropa fis-snin li ġejjin. Id-dibattitu wera li għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-avjazzjoni u t-trasport marittimu, peress li għalissa dawn għadhom l-aktar setturi diffiċli li ssir dekarbonizzazzjoni tagħhom, minħabba n-natura globali tagħhom, ir-rwol tar-regolamenti internazzjonali, iċ-ċikli twal ta' investiment u l-ħajja twila tal-assi. Il-ministri nnutaw ukoll l-importanza tal-koordinazzjoni tal-investimenti pubbliċi u privati u esploraw modi possibbli biex tittejjeb aktar l-effiċjenza enerġetika fit-trasport tal-merkanzija. Fl-aħħar nett, il-ministri enfasizzaw li l-istati membri għandhom jikkunsidraw ukoll il-politika industrijali ġenerali, inkluż il-possibbiltajiet li tiżdied il-kapaċità tal-produzzjoni fl-Ewropa, u b’hekk jitnaqqsu l-ħtieġa tal-importazzjonijiet u r-rotot twal tat-trasport u d-dipendenza fuqhom.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Dokumenti ta' eżitu
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Niels Timmermans Press officer
- +32 470 18 22 47
- +32 2 281 32 65
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #TTE
Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025