"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Enerġija), 28 ta' Marzu 2023

Riżultati ewlenin

Pakkett tal-gass u l-idroġenu

Il-ministri tal-enerġija tal-UE qablu dwar il-pożizzjonijiet ta' negozjar tal-Kunsill ("approċċi ġenerali") dwar żewġ proposti li jiffissaw regoli komuni għas-swieq interni għal gassijiet u idroġenu rinnovabbli u naturali.

L-għan tal-leġiżlazzjoni huwa li tfassal it-tranżizzjoni tas-settur tal-gass għal gassijiet rinnovabbli u b'livell baxx tal-karbonju, b'mod partikolari l-bijometan u l-idroġenu, bil-ħsieb li tintlaħaq il-mira tal-UE ta' newtralità klimatika fl-2050.

Ebba Busch, Ministru Żvediż għall-enerġija, in-negozju u l-industrija
Kuntent li sibna qbil ibbilanċjat dwar il-pakkett tal-gass. L-Ewropa tinsab fi vjaġġ biex tibdel mill-gass naturali fossili għal gassijiet rinnovabbli u b'livell baxx tal-karbonju u rridu noħolqu l-kundizzjonijiet tajba tas-suq biex dan iseħħ, b'mod li jippromwovi l-kompetittività, jipproteġi lill-konsumaturi u javvanza l-għan tagħna ta' newtralità klimatika għall-2050.
Ebba Busch, Ministru Żvediż għall-enerġija, in-negozju u l-industrija
Ebba Busch, Ministru Żvediż għall-enerġija, in-negozju u l-industrija

Tnaqqis fid-domanda għall-gass

L-istati membri laħqu qbil politiku dwar proposta biex testendi b'sena l-mira tagħhom tat-tnaqqis volontarju ta' 15% fid-domanda għall-gass.

L-għan tat-tnaqqis fid-domanda għall-gass huwa li niffrankaw, sabiex inħejju għal xkiel possibbli fil-provvisti tal-gass.

L-UE għadha ma ħarġitx kompletament mill-kriżi tal-enerġija u r-Russja għadha tuża l-enerġija bħala arma. Jeħtieġ li l-istati membri tal-UE jieqfu flimkien u jkunu mħejjija qabel ix-xitwa li jmiss. Il-konsum ġenerali tal-UE ta' gass naturali naqas bi 19.3% bejn Awwissu 2022 u Jannar 2023. Bit-tnaqqis tad-domanda tagħna għall-gass stajna nimlew il-ħażniet tagħna, inżommu l-prezzijiet baxxi u niżguraw aktar provvisti tal-enerġija. Huwa importanti li nkomplu naħdmu u nibqgħu reżiljenti. Ebba Busch, Ministru Żvediż għall-enerġija, in-negozju u l-industrija

Ir-regolament il-ġdid ser iżomm il-possibilità li l-Kunsill joħroġ "allert tal-Unjoni" dwar is-sigurtà tal-provvista, li fil-każ tiegħu t-tnaqqis fid-domanda għall-gass isir obbligatorju.

Disinn tas-suq tal-elettriku

Il-ministri kellhom l-ewwel dibattitu ta' orjentazzjoni tagħhom dwar proposta biex jiġi rivedut id-disinn tas-suq tal-elettriku tal-UE.

Il-proposta għandha l-għan li tagħmel is-suq tal-enerġija tal-UE aktar reżiljenti u stabbli, li tipproteġi lill-konsumaturi u lill-kumpaniji mill-volatilità tal-prezzijiet tal-elettriku fuq terminu qasir, u li timmotiva l-investimenti f'enerġiji rinnovabbli.

L-għan tad-dibattitu kien li tingħata gwida għal aktar ħidma fuq il-proposta fil-Kunsill.

Il-ministri qasmu l-fehmiet tagħhom dwar liema bidliet fit-tfassil tas-suq eżistenti jsibu bilanċ bejn il-ħtieġa għal titjib u li jinżamm dak li jaħdem tajjeb, filwaqt li jiġu protetti l-konsumaturi u jiżdied l-investiment fil-kapaċità ta' produzzjoni ġdida.

Il-ministri kienu ddedikati li jimxu malajr 'il quddiem bil-proposti u l-presidenza tenniet li r-riforma tiġi trattata bħala prijorità u li ser tagħmel l-almu tagħha biex tagħmel progress fuqha malajr.

Affarijiet oħra

Taħt affarijiet oħra, il-Kummissjoni aġġornat lill-ministri dwar it-tħejjija għax-xitwa. Id-Danimarka tat informazzjoni dwar ir-regolament dwar ir-restawr tan-natura. Il-Greċja tat lill-ministri informazzjoni dwar il-grilja elettrika tal-UE.

Sitwazzjoni tal-enerġija fl-Ukrajna

Matul l-ikla ta' nofsinhar, il-ministri qasmu l-fehmiet tagħhom dwar is-sitwazzjoni tal-enerġija fl-Ukrajna ma' German Galuschchenko, il-Ministru Ukren għall-Enerġija.

Punti oħrajn adottati mill-Kunsill

Il-Kunsill adotta wkoll mingħajr diskussjoni l-atti leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi fuq il-listi ta' punti A hawn taħt.

B'mod partikolari, il-Kunsill adotta erba' leġiżlazzjonijiet li ġejjin mill-pakkett "Lesti għall-mira ta' 55%". Dawn il-leġiżlazzjonijiet jikkonċernaw l-istandards ta' rendiment għall-emissjonijiet ta' CO2 għall-karozzi u l-vannijiet, it-tnaqqis fl-emissjonijiet fl-użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF) u fir-regolament dwar il-kondiviżjoni tal-isforzi (ESR), kif ukoll deċiżjoni li temenda r-riżerva tal-istabbiltà tas-suq li tappoġġa s-sistema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025