Skip to content
  • Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Enerġija), 17 ta' Ottubru 2023

Riżultati ewlenin

Riforma tas-suq tal-elettriku

Il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni tiegħu (approċċ ġenerali) dwar proposta biex jiġi emendat id-disinn tas-suq tal-elettriku tal-UE.

L-għan tar-riforma huwa li tagħmel il-prezzijiet tal-elettriku inqas dipendenti fuq il-prezzijiet volatili tal-fjuwils fossili u tħares lill-konsumaturi minn żidiet qawwija fil-prezzijiet, b'mod partikolari billi ttejjeb il-mod kif jaħdem is-suq tal-elettriku fit-tul.

Teresa Ribera Rodríguez, aġent tielet viċi president tal-Gvern ta' Spanja u ministru għat-tranżizzjoni ekoloġika u l-isfida demografika
Ninsab kburija nħabbar li llum għamilna pass strateġiku 'l quddiem għall-futur tal-UE. Ksibna ftehim li saħansitra ftit tas-snin ilu qas biss kien jista' jinbasar. Bis-saħħa ta' dan il-ftehim, il-konsumaturi madwar l-UE ser ikunu jistgħu jibbenefikaw minn prezzijiet tal-enerġija ħafna aktar stabbli, inqas dipendenza fuq il-prezz tal-fjuwils fossili u protezzjoni aħjar minn kriżijiet futuri. Ser naċċelleraw ukoll l-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli, sors ta' enerġija orħos u aktar nadif għaċ-ċittadini tagħna.
Teresa Ribera Rodríguez, aġent tielet viċi president tal-Gvern ta' Spanja u ministru għat-tranżizzjoni ekoloġika u l-isfida demografika
Teresa Ribera Rodríguez, aġent tielet viċi president tal-Gvern ta' Spanja u ministru għat-tranżizzjoni ekoloġika u l-isfida demografika

Il-proposta hija parti minn riforma usa' tad-disinn tas-suq tal-elettriku tal-UE li tinkludi wkoll regolament iffukat fuq it-titjib tal-protezzjoni tal-Unjoni kontra l-manipulazzjoni tas-suq permezz ta' monitoraġġ u trasparenza aħjar (REMIT). Intlaħaq qbil rigward approċċ ġenerali dwar ir-REMIT matul il-Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (enerġija) fid-19 ta' Ġunju 2023.

Affarijiet oħra

Taħt affarijiet oħra, ħa sehem ukoll il-Ministru għall-Enerġija tal-Ukrajna sabiex jinforma dwar il-kooperazzjoni fl-enerġija bejn l-UE u l-Ukrajna qabel l-istaġun tax-xitwa u dwar is-sitwazzjoni tas-sistema tal-enerġija tal-Ukrajna, inkluż l-infrastruttura.

Il-Kummissjoni informat lill-ministri dwar id-dikjarazzjoni politika dwar il-finanzjament tal-effiċjenza enerġetika u l-Koalizzjoni Ewropea għall-Finanzjament tal-Effiċjenza Enerġetika.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni pprovdiet lill-ministri b'informazzjoni dwar l-abbozzi tal-pjanijiet nazzjonali aġġornati għall-enerġija u l-klima (NECPs), b'enfasi fuq is-sitwazzjoni attwali tas-sottomissjonijiet u l-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni aġġornat lill-ministri wkoll rigward it-tħejjija għax-xitwa 2023/2024.

L-Estonja u l-Finlandja infurmaw lill-ministri rigward il-pipeline tal-gass li saritlu l-ħsara bejn iż-żewġ pajjiżi.

Il-Polonja pprovdiet lill-ministri informazzjoni dwar l-impatt tas-suq tal-kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra fuq il-politika dwar l-enerġija u l-klima u l-fattibbiltà li jinkisbu l-miri tat-tranżizzjoni tal-enerġija.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025