"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Enerġija), 16 ta' Ġunju 2025

Riżultati ewlenin

Pjan direzzjonali REPowerEU

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-pjan direzzjonali REPowerEU, ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea fis-6 ta' Mejju 2025. Il-pjan direzzjonali jiddeskrivi disa' azzjonijiet ewlenin bil-għan tat-tneħħija sħiħa tal-enerġija Russa - gass, żejt u nukleari - mis-swieq tal-UE. Fil-pjan tħabbru wkoll mill-inqas ħames proposti leġiżlattivi, li l-Kummissjoni ppjanat li tadotta sal-aħħar ta' Ġunju 2025.

Il-biċċa l-kbira tad-delegazzjonijiet laqgħu l-pjan direzzjonali REPowerEU, u l-objettivi għall-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista u l-eliminazzjoni gradwali tad-dipendenza mir-Russja. Ħafna delegazzjonijiet stennew b'interess l-ewwel proposti leġiżlattivi li ġejjin, mistennija din il-ġimgħa, u ssottolinjaw il-ħtieġa għal approvazzjoni rapida. Diversi stati membri appellaw għal bażi legali robusta biex tiġi evitata litigazzjoni legali b'mod partikolari għal kuntratti fit-tul. Madankollu, l-istati membri jissottolinjaw l-isfidi li stati membri differenti jridu jiffaċċaw minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħhom (jiġifieri stati membri mingħajr kosta, jew stati membri iżolati). Ħafna minnhom enfasizzaw il-ħtieġa li tingħata spinta lill-investimenti fis-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, fl-interkonnessjonijiet u fl-infrastrutturi tal-grilja u tal-ħżin. Għall-eliminazzjoni gradwali tal-fjuwils nukleari, xi stati membri appellaw għal approċċ progressiv.

Illustrazzjoni ta' id iżżomm pannell solari, turbina eolika, werqa tal-felċi u grafika ċirkolari ħadra bl-istilel tal-UE, li tissimbolizza l-impenn tal-UE għall-enerġija rinnovabbli u sostenibbli.

Kif il-pajjiżi tal-UE jikkooperaw biex jiżguraw provvista tal-enerġija sostenibbli u affordabbli

Tisħiħ tal-unjoni tal-enerġija permezz tar-rinfurzar tas-sigurtà tal-enerġija

Wara l-iskambju ta' fehmiet dwar il-pjan direzzjonali RepowerEU, il-presidenza Pollakka adottat konklużjonijiet tal-presidenza, bl-appoġġ ta' 25 stat membru, dwar it-tisħiħ tal-Unjoni tal-Enerġija permezz tar-rinfurzar tas-sigurtà tal-enerġija. Il-konklużjonijiet tal-presidenza jenfasizzaw li l-Unjoni Ewropea qed tavvanza trasformazzjoni komprensiva tas-sistemi tal-enerġija tagħha biex tiżgura l-kompetittività, l-affordabbiltà, is-sostenibbiltà u s-sigurtà.

Fil-qalba ta' dan l-isforz hemm it-twettiq sħiħ tal-Unjoni tal-Enerġija, inkluż it-tnaqqis tad-dipendenzi strateġiċi tal-UE f'setturi sensittivi, l-investimenti fl-infrastruttura u s-simplifikazzjoni regolatorja. Dawn l-azzjonijiet għandhom l-għan li jibnu suq tal-enerġija reżiljenti, nadif u interkonness li jissalvagwarda lill-konsumaturi u jsaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-Ewropa.

Mappa li turi ċrieki ta' daqsijiet differenti, kull wieħed minnhom jinsab fi stat membru tal-UE fejn hemm faċilitajiet għall-ħżin tal-gass. Id-daqs ta' kull ċirku jikkorrispondi għall-kapaċità ta' ħżin ta' dak il-pajjiż.

Kemm ħażnu gass il-pajjiżi tal-UE? (Infografika)

Affarijiet oħra

Fit-taqsima "affarijiet oħra" tal-Kunsill, il-ministri ġew infurmati bil-punti li ġejjin:

  • il-Kummissjoni infurmat lill-ministri dwar il-valutazzjoni tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima aġġornati finali
  • il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-ministri dwar il-Programm Indikattiv Nukleari (PINC)
  • il-kwistjoni tal-kompetizzjoni inġusta fis-settur Ewropew tal-bijokarburanti (mitluba mid-delegazzjoni Awstrijaka, Bulgara, Ċeka u Latvjana)
  • sejħa għall-inklużjoni tal-protezzjoni u r-reżiljenza tal-infrastruttura kritika tal-enerġija fost il-prijoritajiet ewlenin li jsawru l-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss (mitluba mid-delegazzjoni Estonjana, Latvjana u Litwana)
  • id-delegazzjoni Bulgara, Ċeka, Griega, Rumena, Slovakka, Slovena u Ungeriża infurmaw lill-ministri dwar l-isfidi fl-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Metan
  • id-delegazzjoni Slovena infurmat lill-ministri dwar il-Laqgħa Ministerjali MED9 tal-ministri għall-Enerġija u l-Ambjent
  • il-programm ta' ħidma tal-presidenza li jmiss fil-qasam tal-enerġija.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 1 ta' Lulju 2025