"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Trasport), 5 ta' Ġunju 2025

Riżultati ewlenin

Trasport

Dariusz Klimczak, Ministru għall-Infrastruttura tal-Polonja

Il-pożizzjoni li fl-aħħar ġiet adottata llum twieġeb għal sejħa urġenti mill-passiġġieri tal-ajru u l-linji tal-ajru għal regoli aġġornati, aktar ċari u sempliċi. Ir-regoli riveduti ser iġibu magħhom aktar minn 30 dritt ġdid għall-passiġġieri tal-ajru, applikabbli mill-mument li jixtru biljett, sakemm jaslu fid-destinazzjoni tagħhom, u f'xi każijiet saħansitra lil hinn. Huwa pass storiku peress li ma setax jintlaħaq qbil f'dawn l-aħħar 12-il sena.

Dariusz Klimczak, Ministru għall-Infrastruttura tal-Polonja

Dariusz Klimczak, Ministru għall-Infrastruttura tal-Polonja

Drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru

Il-Kunsill laħaq qbil politiku dwar ir-reviżjoni tar-regolamenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru u dwar ir-responsabbiltà tal-linji tal-ajru. Ir-reviżjoni tindirizza l-ħtieġa għal regoli aktar sempliċi u aktar ċari, filwaqt li għandha l-għan li ssib bilanċ aħjar bejn livell għoli ta' protezzjoni għall-passiġġieri u ż-żamma tal-konnettività u l-kundizzjonijiet ekwi għas-settur tal-avjazzjoni fi ħdan is-suq intern tal-UE.

Ir-regoli l-ġodda għandhom l-għan li jsaħħu u jiċċaraw diversi drittijiet eżistenti tal-passiġġieri tal-ajru, kif ukoll li jintroduċu xi drittijiet ġodda. Id-drittijiet ewlenin fit-test li ġew imsaħħa jinkludu d-dritt li tingħata rotta alternattiva, id-dritt għall-assistenza u d-dritt għall-informazzjoni.

Huma inklużi wkoll limiti aġġornati għall-kumpens minħabba dewmien twil.

Pakkett tal-affidabbiltà stradali

Il-ministri qasmu l-fehmiet tagħhom għall-ewwel darba dwar l-aġġornament propost reċentement tal-pakkett dwar l-affidabbiltà stradali, li jippreżenta tiġdid komprensiv tar-regoli tal-UE dwar l-ittestjar tal-affidabbiltà stradali u r-reġistrazzjoni tal-vetturi.

Il-pakkett jikkonsisti fl-aġġornament ta' tliet direttivi: dwar l-ittestjar perjodiku tal-affidabbiltà stradali għall-vetturi bil-mutur, dwar id-dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi u dwar l-ispezzjonijiet tekniċi mal-ġenb tat-triq tal-vetturi kummerċjali.

Il-proposti huma mmirati lejn vetturi mhux sikuri, li jikkontribwixxu għal ħabtiet, fatalitajiet u korrimenti fit-toroq tal-UE. Il-pakkett għandu l-għan mhux biss li jtejjeb is-sikurezza fit-toroq, iżda wkoll il-protezzjoni ambjentali, is-saħħa, il-protezzjoni tal-konsumatur u l-effiċjenza amministrattiva permezz tad-diġitalizzazzjoni.

Il-ministri enfasizzaw l-importanza tal-proposti kif ukoll tal-waqt meta qed jitressqu. Huma laqgħu l-fatt li l-pakkett iqis diversi aspetti bħas-sikurezza fit-toroq, il-protezzjoni ambjentali, il-protezzjoni tal-konsumatur, id-diġitalizzazzjoni u l-kooperazzjoni msaħħa bejn l-istati membri.

Ikla informali dwar l-isfidi relatati mal-politika tal-UE dwar il-klima.

Matul ikla informali, il-ministri ddiskutew l-isfidi għas-settur tat-trasport relatati mal-politika tal-UE dwar il-klima.

Il-ministri ffukaw l-iskambji tagħhom fuq il-passi konkreti biex jiġi żgurat li l-politika dwar il-klima ma ddgħajjifx il-kompetittività globali tal-kumpaniji tal-UE u ma żżidx il-faqar tat-trasport.

Affarijiet oħra

Taħt "affarijiet oħra" tqajmu s-suġġetti li ġejjin:

  • Aġġornament dwar il-proposti leġiżlattivi attwali (punt ta' informazzjoni mill-Presidenza):
    • id-direttiva dwar il-liċenzji tas-sewqan u d-direttiva dwar l-iskwalifiki mis-sewqan
    • ir-regolament dwar l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima
    • id-direttiva dwar is-servizzi tal-informazzjoni tax-xmajjar
    • ir-regolament dwar l-użu tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja fiż-żona ferrovjarja unika Ewropea
    • id-direttiva dwar il-waqfien tal-bidliet staġonali fil-ħin

Ara l-filmat tas-seduti pubbliċi:

Ara l-filmat tal-konferenza stampa.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 2 ta' Lulju 2025