"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Enerġija), 20 ta' Ottubru 2025
Riżultati ewlenin
Ir-regolament REPowerEU
Il-ministri għall-enerġija tal-UE laħqu qbil ("approċċ ġenerali") dwar il-proposta biex jitneħħew gradwalment l-importazzjonijiet tal-gass li fadal mir-Russja. Ir-regolament japplika kemm għall-gass bil-pipeline kif ukoll għall-gass naturali likwifikat (LNG) u huwa tragward ewlieni lejn it-tmiem tal-importazzjonijiet tal-enerġija mir-Russja.
B'appoġġ qawwi għall-ftehim tal-lum, qed nibagħtu sinjal ċar: L-Ewropa tirrifjuta li tkun vulnerabbli għar-rikatt tal-enerġija. Bit-tneħħija gradwali tal-importazzjonijiet tal-gass mir-Russja, qed insaħħu s-sigurtà kollettiva tal-enerġija tagħna u nieħdu pass deċiżiv lejn indipendenza strateġika vera u tranżizzjoni lejn enerġija nadifa.
Lars Aagaard, ministru għall-klima, l-enerġija u l-utilitajiet tad-Danimarka
Ir-regolament jintroduċi projbizzjoni legalment vinkolanti fuq il-gass bil-pipeline u l-LNG Russi, b'implimentazzjoni gradwali: Sa mis-sena d-dieħla l-projbizzjoni ser ikollha effett fuq kuntratti għal terminu qasir, u l-projbizzjoni sħiħa fuq l-importazzjoni ser tidħol fis-seħħ sal-1 ta' Jannar 2028. L-istati membri qablu wkoll li jissikkaw il-kontrolli fuq l-oriġini tal-gass u jiżguraw il-konformità permezz ta' proċeduri ta' awtorizzazzjoni minn qabel. Fl-istess ħin, huma ssimplifikaw il-proċeduri għall-gass li ġej minn pajjiżi terzi li jissodisfaw kriterji speċifiċi, bħal dawk li huma produtturi u esportaturi ewlenin tal-gass, li diġà pprojbixxew l-importazzjonijiet tal-gass Russi jew li m'għandhom l-ebda infrastruttura li kapaċi timporta l-gass.
Il-presidenza tal-Kunsill issa tista' tiftaħ negozjati mal-Parlament Ewropew biex jaqblu dwar it-test finali tal-leġiżlazzjoni.
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
L-elettrifikazzjoni bħala motivatur ta' tranżizzjoni kompetittiva lejn enerġija nadifa
Il-ministri ddiskutew ukoll ir-rwol tal-elettrifikazzjoni biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni kompetittiva u nadifa tal-UE. Id-diskussjoni ser tikkontribwixxi għall-pjan ta' azzjoni futur għall-elettrifikazzjoni li l-Kummissjoni Ewropea mistennija tippreżenta fil-bidu tal-2026.
Il-ministri laqgħu l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tniedi l-pjan ta' azzjoni u ffukaw fuq l-opportunitajiet u l-isfidi sabiex tiġi żgurata elettrifikazzjoni effiċjenti, inkluż il-potenzjal tagħha li taċċellera d-dekarbonizzazzjoni fis-setturi ewlenin b'enfasi speċjalment fuq il-potenzjal għall-elettrifikazzjoni tal-industrija. Huma qiesu wkoll kif tista' tiġi żgurata d-disponibbiltà u l-utilizzar tal-infrastruttura u t-teknoloġiji meħtieġa biex tiġi appoġġata din it-tranżizzjoni.
Is-suġġetti ewlenin ta' diskussjoni kienu jinkludu kif l-UE tista' toħloq qafas adatt biex tinċentiva l-elettrifikazzjoni industrijali filwaqt li tippermetti lill-industriji jirrispondu b'mod flessibbli għas-sinjali tal-prezzijiet u d-domanda, liema setturi joffru l-akbar potenzjal għal elettrifikazzjoni rapida u kif dawk is-setturi jistgħu jiġu appoġġati taħt il-pjan ta' azzjoni għall-elettrifikazzjoni.
Il-professur tal-politika dwar l-enerġija Jan Rosenow mill-Università ta' Oxford ippreżenta l-perspettivi tiegħu lill-ministri fil-bidu tal-iskambju.
Kif jiġi prodott u mibjugħ l-elettriku tal-UE? (Infografika)
Is-sigurtà u r-reżiljenza tal-enerġija fl-Ukrajna u fil-Moldova
Fil-kuntest tal-gwerra ta' aggressjoni li għaddejja tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-impatti usa' tagħha fir-reġjun, il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar kif l-aħjar jiġu appoġġati s-sigurtà u r-reżiljenza tal-enerġija fl-Ukrajna u fil-Moldova qabel l-istaġun tax-xitwa li jmiss. Huma ddiskutew ukoll l-importanza strateġika tal-integrazzjoni tagħhom fis-suq tal-enerġija tal-UE u l-kontribut strateġiku tagħhom għall-Unjoni tal-Enerġija tal-UE fir-rigward ta' sigurtà tal-enerġija, diversifikazzjoni, u l-integrazzjoni tal-enerġija nadifa.
Mal-ministri ngħaqdu s-Sa Olha Yukhymchuk, viċi ministru għall-Enerġija tal-Ukrajna għall-Integrazzjoni Ewropea u s-Sur Dorin Junghietu, ministru għall-enerġija tal-Moldova, li pprovdew ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni tal-enerġija f'pajjiżhom.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.