"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Telekomunikazzjoni), 6 ta' Ġunju 2025

Riżultati ewlenin

Telekomunikazzjoni

Pjan ta' azzjoni tal-UE għall-ġestjoni ta' kriżijiet ċibernetiċi

Krzysztof Gawkowski, Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Diġitali

Illum qed nieħdu pass deċiżiv 'il quddiem biex insaħħu r-reżiljenza taċ-ċibersigurtà tal-Ewropa. Il-pjan ta' azzjoni tal-UE għall-ġestjoni ta' kriżijiet ċibernetiċi jiċċara kif l-istati membri jistgħu jidentifikaw u jwieġbu għal inċidenti taċ-ċibersigurtà u kriżijiet ċibernetiċi fuq skala kbira li jistgħu jolqtu lill-UE kollha, u kif jistgħu jirkupraw u jitgħallmu minnhom. Il-pjan ta' azzjoni juri l-impenn ċar tagħna għal Ewropa aktar sikura, aktar reżiljenti u mħejjija aħjar – prijorità importanti tal-presidenza Pollakka.

Krzysztof Gawkowski, Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Diġitali

Krzysztof Gawkowski, Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Diġitali

Il-ministri għat-telekomunikazzjoni adottaw il-pjan ta' azzjoni tal-UE għall-ġestjoni ta' kriżijiet ċibernetiċi, li jipprovdi gwida għal kif l-UE għandha twieġeb għal inċidenti taċ-ċibersigurtà jew kriżijiet ċibernetiċi fuq skala kbira.

Ir-rakkomandazzjoni dwar pjan ta' azzjoni tal-UE għaċ-ċibersigurtà huwa linja gwida importanti biex l-istati membri jtejbu l-livell ta' tħejjija, il-kapaċitajiet ta' indentifikazzjoni u r-rispons tagħhom għal inċidenti ta' ċibersigurtà, jibnu fuq il-pedamenti stabbiliti mill-pjan ta' azzjoni tal-2017 għaċ-ċibersigurtà u jimplimentaw il-leġiżlazzjoni adottata reċentement, bħad-direttiva NIS2 u l-att dwar iċ-ċibersolidarjetà.

Il-pjan ta' azzjoni tal-UE għaċ-ċibersigurtà għandu l-għan li jindirizza xenarju dejjem aktar kumpless ta' theddid ċibernetiku billi jsaħħaħ in-networks eżistenti tal-UE, irawwem il-kooperazzjoni bejn l-istati membri u l-atturi involuti, u jegħleb l-ostakli li jista' jkun hemm.

Konnettività affidabbli u reżiljenti

Il-ministri approvaw konklużjonijiet dwar konnettività affidabbli u reżiljenti. F'dawn l-aħħar snin, il-konnettività Ewropea kienet soġġetta għal sfidi bla preċedent. Filwaqt li s-sigurtà nazzjonali tibqa' responsabbiltà tal-istati membri, approċċ komprensiv u strateġiku għall-iżvilupp tal-infrastruttura tal-konnettività Ewropea huwa essenzjali biex jiġu indirizzati dawk l-isfidi.

Il-konklużjonijiet, għaldaqstant, jagħtu inventarju tal-miżuri possibbli biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tan-network, bħad-diversifikazzjoni tat-tipi ta' networks, l-interoperabbiltà jew ir-rwol tas-suq uniku biex jiġu mobilizzati l-investimenti. It-test iqiegħed enfasi qawwija fuq miżuri marbuta mas-satelliti, kif ukoll elementi ta' infrastruttura taħt il-baħar.

Konnettività satellitari u awtonomija strateġika tal-UE

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-konnettività satellitari bħala element kostitwenti għall-awtonomija strateġika. Filwaqt li l-enfasi tal-UE kienet primarjament fuq l-infrastrutturi terrestri (eż. 4G/5G, fibra), l-iskoperti teknoloġiċi naqqsu l-ispejjeż tal-bini u tal-illanċjar ta' satelliti.

Matul l-iskambju ta' fehmiet il-ministri enfasizzaw li l-konnettività bis-satellita tifforma komponent kruċjali tal-arkitettura tas-sigurtà tal-UE u n-networks ta' komunikazzjoni tagħha, speċjalment bħala alternattiva għan-networks fuq l-art. Huwa kruċjali li jiġi żgurat li l-UE jkollha n-network satellitari reżiljenti tagħha, b'mod partikolari fi żminijiet ta' inċertezza ġeopolitika. Diversi sistemi, bħas-satelliti u s-sistemi spazjali, il-kejbils taħt il-baħar, in-networks fissi u l-infrastruttura mobbli jiżguraw din il-konnettività u jitolbu approċċ komprensiv.

Ambjent regolatorju prevedibbli huwa essenzjali biex tingħata spinta lill-innovazzjoni u tiġi ġestita l-effiċjenza tal-ispettru. Regoli armonizzati għall-aċċess għas-suq u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi jistgħu jagħtu spinta lill-innovazzjoni.

Affarijiet oħra

Ir-roaming mal-Ukrajna u l-Moldova (mill-Kummissjoni Ewropea)

Il-Kummissjoni ppreżentat is-sitwazzjoni attwali tal-proċess biex l-Ukrajna u l-Moldova jingħaqdu maż-żona ta' "roaming daqslikieku f'pajjiżek" (RLAH), li diġà tiżgura li l-Ewropej ikunu jistgħu jċemplu, jibagħtu messaġġi u jużaw data mobbli kullimkien fl-UE mingħajr spejjeż żejda.

Il-Kummissjoni infurmat li wara n-notifika ta' abbozz ta' liġi adottat reċentement mill-Ukrajna, dalwaqt ser tipproponi valutazzjoni u proposta li jistgħu jwasslu biex l-Ukrajna tingħaqad maż-żona RLAH mill-2026. Għall-Moldova, valutazzjoni u proposta simili jistgħu jiġu ppreżentati dalwaqt ukoll.

Eżiti tal-inizjattivi dwar is-simplifikazzjoni regolatorja (mill-presidenza Pollakka)

Taħt "affarijiet oħra", il-presidenza Pollakka ppreżentat rapport dwar l-eżiti tad-diskussjonijiet dwar l-inizjattivi li ħadet dwar is-suġġett ta' simplifikazzjoni regolatorja possibbli fil-qasam diġitali.

Ir-rapport tal-presidenza għandu l-għan li jippreżenta r-rakkomandazzjonijiet li jitqajmu bl-aktar frekwenza u dawk appoġġati b'mod ġenerali fil-qasam tas-simplifikazzjoni regolatorja, bl-għan li tingħata ħarsa rappreżentattiva ġenerali lejn il-perspettivi tal-partijiet ikkonċernati. Għandu l-għan li jidentifika għadd ta' duplikazzjonijiet regolatorji u inkonsistenzi, sfidi esperjenzati b'rabta mal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u sfidi oħra esperjenzati mill-partijiet ikkonċernati.

Is-suġġetti kollha taħt affarijiet oħra:

Ara l-filmat tas-seduti pubbliċi:

Ara l-filmat tal-konferenza stampa:

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 18 ta' Ġunju 2025