"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Artikolu 96 - Elementi essenzjali: proċedura ta' konsultazzjoni u miżuri adatti fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt

" 1. Fis-sens ta' dan l-Artikolu, it-terminu "Parti" tirreferi għall-Komunità u l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, minn banda, u kull Stat ta' l-ACP, fuq l-oħra.

1.(a) Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jeżawrixxu l-possibbiltajiet kollha għad-djalogu taħt l-Artikolu 8, ħlief f'każijiet ta' urġenza speċjali, qabel ma jibdew il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2(a) ta’ dan l-Artikolu.

2.(a) Jekk, minkejja d-djalogu politiku dwar l-elementi essenzjali kif previst fl-Artikolu 8 u l-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu, xi Parti tikkunsidra li l-Parti l-oħra tonqos li twettaq obbligu li joħroġ mir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għall-prinċipji demokratiċi u għall-istat tad-dritt imsemmija fl-Artikolu 9(2), hija għandha, ħlief f'każijiet ta’ urġenza speċjali, tforni lill-Parti l-oħra u lill-Kunsill tal-Ministri bl-informazzjoni rilevanti li tkun meħtieġa għal eżami komplet tas-sitwazzjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għall-Partijiet. Għal dan il-għan, għandha tistieden lill-Parti l-oħra għal konsultazzjonijiet li jiffokaw fuq il-miżuri meħuda jew li għandhom jittieħdu mill-Parti kkonċernata sabiex tirrimedja s-sitwazzjoni skond l-Anness VII.

Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fil-livell u fil-forma li tkun ikkunsidrata l-aktar adatta sabiex tinstab soluzzjoni.

Il-konsultazzjonijiet għandhom jibdew mhux aktar tard minn 30 ġurnata wara l-istedina u għandhom ikomplu għal perijodu stabbilit bi ftehim reċiproku, li jiddependi min-natura u l-gravità tal-vjolazzjoni. Fl-ebda każ, m'għandu d-djalogu taħt il-proċedura ta’ konsultazzjoni jdum aktar minn 120 ġurnata.

Jekk il-konsultazzjonijiet ma jwasslux għal soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ Partijiet, jew jekk il-konsultazzjoni tiġi rifjutata jew f’każijiet ta’ urġenza speċjali, jistgħu jittieħdu miżuri adatti. Dawn il-miżuri għandhom jiġu revokati hekk kif ir-raġunijiet għat-teħid tagħhom ma jibqgħux jeżistu.

(b) It-terminu "każi ta' urġenza speċjali" għandhom jirreferu għal każi eċċezzjonali ta' vjolazzjoni partikolarment serja u flagranti ta' wieħed mill-elementi essenzjali msemmija fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 9, li jkunu jeħtieġu reazzjoni immedjata.

Il-Parti li jkollha tagħżel il-proċedura ta' urġenza speċjali għandha tgħarraf lill-Parti l-oħra u lill-Kunsill tal-Ministri separatament bil-fatt kemm-il darba ma jkollhiex iż-żmien biex tagħmel dan.

(c) Il-"miżuri xierqa" li hemm riferenza għalihom f'dan l-Artikolu huma miżuri meħuda skond il-liġi internazzjonali, u proporzjonali għal vjolazzjoni. Fl-għażla ta' dawn il-miżuri, prijorità għandha tingħata lil dawk li l-anqas jiddisturbaw l-applikazzjoni ta' dan l-arranġament.

Huwa mifhum li sospensjoni tkun miżura tal-aħħar.

Jekk il-miżuri jittieħdu fil-każi ta' urġenza speċjali, huma għandhom jiġu notifikati minnufih lill-Parti l-oħra u lill-Kunsill tal-Ministri. Fuq talba tal-Parti konċernata, konsultazzjonijiet jistgħu jsiru sabiex jeżaminaw is-sitwazzjoni b'mod metikoluż u, jekk huwa possibbli, jinstabu soluzzjonijiet. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jitmexxew skont l-arranġamenti stipulati fit-tieni u t-tielet sottoparagrafi tal-paragrafu (a)."

Silta mill-Ftehim ta’ Cotonou

L-aħħar reviżjoni: 11 ta' Jannar 2024