"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Qafas ta' risistemazzjoni tal-UE

Ir-regoli tal-UE dwar ir-risistemazzjoni u l-ammissjoni umanitarja jsaħħu l-perkorsi sikuri u legali għall-persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali. Huma jappoġġaw ukoll sħubijiet ma' pajjiżi li jospitaw ir-refuġjati u jistabbilixxu qafas komuni tal-UE.

X'inhi r-risistemazzjoni?

Ir-risistemazzjoni u l-ammissjoni umanitarja jippermettu lill-persuni bi bżonn ta' protezzjoni internazzjonali jiċċaqilqu minn pajjiż mhux tal-UE fejn ikunu fittxew rifuġju għal stat membru tal-UE li jagħtihom protezzjoni.

Ir-risistemazzjoni ġeneralment titwettaq abbażi ta' riferimenti mill-Aġenzija tan-NU għar-Refuġjati (UNHCR). L-ammissjoni umanitarja tista' tiġi implimentata fuq talba ta' stat membru tal-UE u tista' tiddependi fuq riferimenti mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA), mill-UNHCR, jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħra.

Sostituzzjoni ta' skemi għar-risistemazzjoni ad hoc

Fl-2016, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet qafas permanenti tal-UE għar-risistemazzjoni u l-ammissjoni umanitarja, li jissostitwixxi l-iskemi ad hoc li qabel kienu jintużaw mill-istati membri.

Il-qafas tal-UE għar-risistemazzjoni għandu l-għan li:

  • jespandi l-perkorsi sikuri u legali lejn l-UE għall-persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali
  • jappoġġa l-ġestjoni fit-tul tal-migrazzjoni u jgħin biex jitnaqqsu l-wasliet irregolari
  • jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni tal-UE għar-risistemazzjoni u l-ammissjoni umanitarja
  • jikkontribwixxi għal sforzi internazzjonali ta' risistemazzjoni u ta' ammissjoni umanitarja
  • jappoġġa lil pajjiżi mhux tal-UE li jospitaw popolazzjonijiet kbar ta' refuġjati

Il-qafas jifforma parti mill-patt dwar il-migrazzjoni u l-ażil. Ġie adottat f'Mejju 2024 u daħal fis-seħħ fil-11 ta' Ġunju 2024. Fit-12 ta' Ġunju 2026 saret applikabbli dispożizzjoni waħda marbuta mat-tnedija operazzjonali tal-Eurodac.

Karatteristiċi ewlenin tal-qafas

Il-qafas ta' risistemazzjoni tal-UE jistabbilixxi approċċ komuni għar-risistemazzjoni u l-ammissjoni umanitarja madwar l-UE. Filwaqt li jibni fuq prattiki eżistenti, jintroduċi definizzjonijiet armonizzati, kriterji ta' eliġibbiltà, proċeduri ta' ammissjoni u raġunijiet għar-rifjut tal-ammissjoni.

Il-qafas jipprovdi konsistenza u prevedibbiltà akbar għall-istati membri, filwaqt li jsaħħaħ il-kontribut tal-UE għall-isforzi ta' protezzjoni internazzjonali.

Isaħħaħ ukoll il-kooperazzjoni ma' pajjiżi mhux tal-UE li jospitaw popolazzjonijiet kbar ta' refuġjati. Billi jipprovdi opportunitajiet ta' protezzjoni fl-UE, juri solidarjetà mal-pajjiżi sħab u jappoġġa l-isforzi internazzjonali ta' risistemazzjoni u ammissjoni umanitarja flimkien ma' atturi globali oħra.

Pjan tal-UE għar-risistemazzjoni

Fil-qafas tar-risistemazzjoni, il-Kunsill adotta l-ewwel pjan għar-risistemazzjoni u ammissjoni umanitarja tal-UE għall-2026 u l-2027, abbażi ta' proposta tal-Kummissjoni.

Dan il-pjan jinkludi:

in-numru totali massimu ta' persuni li għandhom jiġu ammessi

dettalji dwar il-parteċipazzjoni volontarja tal-istati membri u s-sehem tagħhom minn dak in-numru

il-prijoritajiet ġeografiċi ġenerali

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Lulju 2026