Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 24 ta' Ottubru 2022 15:25

Il-Kunsill japprova konklużjonijiet għas-summit tan-NU dwar il-bijodiversità f'Montreal (COP15)

Illum il-Kunsill approva konklużjonijiet bil-ħsieb tal-konferenza tal-partijiet għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika (COP15), il-Protokoll ta' Cartagena (COP-MOP 10) u l-Protokoll ta' Nagoya (COP-MOP 4), li ser issir f'Montreal, il-Kanada, mis-7 sad-19 ta' Diċembru 2022. Il-konklużjonijiet ser iservu bħala l-pożizzjoni ġenerali ta' negozjar tal-UE fil-laqgħat.

Hija mistennija li tkun Konferenza storika tan-NU dwar il-Bijodiversità, fejn l-intenzjoni hija li jiġi adottat qafas globali tal-bijodiversità għal wara l-2020, li jistabbilixxi għanijiet li jiggwidaw l-azzjonijiet globali għall-protezzjoni u r-restawr tan-natura fid-deċennju li jmiss.

Anna Hubáčková, Ministru għall-Ambjent tar-Repubblika Ċeka
Din ser tkun konferenza rivoluzzjonarja. Il-mexxejja dinjija ser jiltaqgħu biex jaqblu dwar il-protezzjoni globali tal-bijodiversità tagħna. Diġà qed naraw tnaqqis serju ta' speċijiet differenti u wasal iż-żmien li naġixxu. Ninsab kuntenta li l-UE qablet dwar pożizzjoni b'saħħitha għas-summit dwar il-bijodiversità. Il-protezzjoni tal-ekosistemi tagħna hija obbligu komuni għalina bħala umanità.
Anna Hubáčková, Ministru għall-Ambjent tar-Repubblika Ċeka
Anna Hubáčková, Ministru għall-Ambjent tar-Repubblika Ċeka

Fil-konklużjonijiet tiegħu l-Kunsill jappella għall-adozzjoni ta' qafas globali tal-bijodiversità għal wara l-2020 li jkun ambizzjuż, komprensiv u trasformattiv u jinkludi għanijiet fit-tul għall-2050, eżiti intermedji għall-2030 u miri orjentati lejn l-azzjoni għall-2030 li jindirizzaw b'mod effettiv u simultanju l-ixpruni diretti u indiretti tat-telf tal-bijodiversità.

L-UE tisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu inklużi fost affarijiet oħra fl-għanijiet u l-miri sal-2030:

- il-konservazzjoni effettiva ta' mill-inqas 30% tal-art globali u mill-inqas 30% tal-oċeani,

- it-tqegħid għar-restawr ta' 3 biljun ettaru ta' art degradata u ekosistemi tal-ilma ħelu u 3 biljun ettaru ta' ekosistemi tal-oċeani,

- l-eliminazzjoni tal-ħsad, il-kummerċ u l-użu illegali, mhux sostenibbli jew mhux sikur tal-ispeċijiet selvaġġi,

- it-twaqqif tal-estinzjonijiet ikkawżati mill-bniedem ta' speċijiet mhedda magħrufa,

- l-isfruttar tal-potenzjal sħiħ ta' soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura,

- it-tnaqqis tal-livelli u r-riskji ta' tniġġis mis-sorsi kollha,

- il-prevenzjoni tal-introduzzjoni u l-istabbiliment tal-ispeċijiet aljeni invażivi kollha ta' prijorità, u l-qerda jew il-kontroll tal-ispeċijiet aljeni invażivi diġà stabbiliti biex jitnaqqsu l-impatti tagħhom fuq il-bijodiversità,

- prattiki ta' implimentazzjoni għall-użu sostenibbli tal-bijodiversità fuq skala sinifikanti b'miri numeriċi stabbiliti,

- l-indirizzar tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-baħar li jaffettwa b'mod negattiv il-bijodiversità fl-ekosistemi kollha.

Il-Kunsill jirrikonoxxi l-importanza ta' mobilizzazzjoni tar-riżorsi dedikata, prevedibbli u adegwata għall-bijodiversità. Il-konklużjonijiet ifakkru fl-impenn tal-Kummissjoni Ewropea biex l-UE tirdoppja l-finanzjament estern għall-bijodiversità, b'mod partikolari għall-pajjiżi l-aktar vulnerabbli u jfakkar li l-istati membri tal-UE flimkien huma l-akbar kontributur għall-Fond għall-Ambjent Dinji GEF.

Il-Kunsill jikkonferma r-rieda tiegħu li jikkontribwixxi għall-identifikazzjoni ta' soluzzjoni dwar il-kwistjoni ta' "informazzjoni b'sekwenza diġitali dwar ir-riżorsi ġenetiċi" (DSI) u jenfasizza li kwalunkwe soluzzjoni teħtieġ, fost affarijiet oħra, li tkun ibbażata fuq prattiki eżistenti fil-bażijiet tad-data, tippreserva l-aċċess miftuħ għad-DSI mill-bażijiet tad-data pubbliċi u tiżgura li l-benefiċċji kondiviżi jikkontribwixxu għall-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-bijodiversità u tappoġġa l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli.

Il-Kunsill jappella għall-adozzjoni ta' qafas strateġiku fit-tul għall-bini tal-kapaċità lil hinn mill-2020, il-komponent tal-ġestjoni tal-għarfien u strateġija ta' komunikazzjoni għall-Qafas Globali tal-Bijodiversità. Jappella wkoll għall-adozzjoni fil-COP15 ta' mekkaniżmu b'saħħtu u msaħħaħ għall-ippjanar, ir-rappurtar u r-rieżami flimkien ma' qafas ta' monitoraġġ robust.

Il-Kunsill jenfasizza l-importanza kritika tal-integrazzjoni tal-bijodiversità fil-politiki u s-setturi kollha u huwa impenjat li jmexxi bl-eżempju billi jintegra bis-sħiħ il-bijodiversità fil-pjanijiet u l-politiki fil-livelli tal-UE, nazzjonali u lokali.

Il-Kunsill jappella għall-adozzjoni tal-Pjan ta' Implimentazzjoni għall-Protokoll ta' Cartagena (2022-2030), ankrat fil-Qafas Globali tal-Bijodiversità u komplementari għalih. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi implimentat bis-sħiħ il-Protokoll ta' Nagoya dwar l-Aċċess u l-Qsim ta' Benefiċċji u li jittejbu l-effettività u l-effiċjenza tiegħu.

Informazzjoni ġenerali

L-objettivi tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika huma l-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-bijodiversità u l-kondiviżjoni ġusta u ekwa tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-utilizzazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi.

Is-suġġett ewlieni fuq l-aġenda tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika COP15, il-Protokoll ta' Cartagena COP-MOP 10 u l-Protokoll ta' Nagoya COP-MOP, ser ikun l-adozzjoni tal-qafas globali tal-bijodiversità għal wara l-2020.

L-abbozz tal-Qafas Globali għall-Bijodiversità għal wara l-2020 għandu 21 mira ta' azzjoni għall-2030, li jinkludu:

  • konservazzjoni taż-żoni tal-art u tal-baħar globalment
  • restawr ta' ekosistemi tal-ilma ħelu, tal-baħar u dawk terrestri degradati
  • tnaqqis tal-introduzzjoni ta' speċijiet aljeni invażivi
  • tnaqqis ta' nutrijenti mitlufa għall-ambjent u l-pestiċidi, u l-eliminazzjoni tar-rimi ta' skart tal-plastik
  • kontribuzzjonijiet ibbażati fuq in-natura għall-isforzi globali ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

Background

The objectives of the Convention on Biological Diversity are the conservation and sustainable use of biodiversity and the fair and equitable sharing of the benefits arising out of the utilisation of genetic resources.

The main topic in the agenda of the Convention on Biological Diversity COP 15, Cartagena Protocol COP-MOP 10 and Nagoya Protocol COP-MOP, will be the adoption of the post-2020 global biodiversity framework.

The draft Post-2020 Global Biodiversity Framework has 21 action targets for 2030, including:

  • Conservation of land and sea areas globally
  • Restoration of degraded freshwater, marine and terrestrial ecosystems
  • Reduction of introduction of invasive alien species
  • Reduction of nutrients lost to the environment and pesticides, and eliminating discharge of plastic waste
  • Nature-based contributions to global climate change mitigation efforts.
Ara l-paġna tal-laqgħa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 3 ta' Marzu 2025