Skip to content

Kwoti tas-sajd wara l-Brexit

Infografika: kwoti tas-sajd wara l-Brexit

Kwoti tas-sajd wara l-Brexit

Aktar minn mitt stokk ta' ħut ġew koġestiti mill-UE flimkien mar-Renju Unit matul dawn l-aħħar għexieren ta' snin. Minn Jannar 2021 'l hawn, id-drittijiet li jinqabad ħut għal stokkijiet komuni jiġu stabbiliti permezz ta' konsultazzjonijiet bilaterali annwali.

Kif jiġu stabbiliti l-kwoti tas-sajd

  1. Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit jiddefinixxi persentaġġi għal kull parti għal kull stokk kondiviż ta' ħut
  2. Kull sena, l-UE u r-Renju Unit ikollhom konsultazzjonijiet biex jaqblu dwar drittijiet tas-sajd għas-sena li ġejja
  3. Il-Kummissjoni Ewropea tippreżenta proposta lill-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tieħu l-UE fil-konsultazzjonijiet mar-Renju Unit
  4. Il-Kunsill jagħti gwida dwar il-proposta
  5. Il-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet mar-Renju Unit
  6. Il-Kunsill jiġi aġġornat u mgħarraf regolarment dwar il-progress fil-konsultazzjonijiet
  7. Meta jintlaħaq qbil, il-Kummissjoni tippreżenta l-qbil lill-Kunsill
  8. Il-Kunsill jiddeċiedi dwar l-approvazzjoni finali tiegħu, qabel ma l-konsultazzjonijiet jingħalqu formalment

Il-prinċipji tal-UE

  • Sostenibbiltà dejjiema
  • L-aħjar parir xjentifiku
  • Approċċ prekawzjonarju (jekk ma jkunx hemm data)
  • Trasferimenti tal-kwoti (f'każ ta' bżonn)

Xi eżempji ta' kwoti

  • Sawrell (Punent): l-allokazzjoni tar-Renju Unit hija ta' 9% tal-qabdiet annwali totali, tal-UE hija 91%
  • Lingwata (Kanal tal-Lvant): l-allokazzjoni tar-Renju Unit hija ta' 20% tal-qabdiet annwali totali; 80% għall-UE
  • Sawrell (Rockall): l-UE għandha 15% tal-qabdiet totali, filwaqt li r-Renju Unit għandu 85%
  • Aringa (Baħar Irlandiż): l-UE għandha 3% tal-qabdiet u r-Renju Unit għandu 97%
  • Pollakkju iswed (Baħar Ċeltiku): ir-Renju Unit jista' jaqbad 15% u l-UE 85%

L-aħħar reviżjoni: 1 ta' Frar 2025