Strument għall-emerġenzi fis-suq uniku
Fl-1 ta' Frar 2024, il-Kunsill u l-Parlament laħqu ftehim proviżorju dwar l-istrument għall-emerġenzi fis-suq uniku (SMEI), li wara l-ftehim ser jissejjaħ att dwar l-emerġenza u r-reżiljenza tas-suq intern (IMERA).
Filwaqt li jibni fuq it-tagħlimiet meħuda minn emerġenzi reċenti bħall-COVID-19, il-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-kriżi tal-provvista tal-enerġija, dan il-mekkaniżmu l-ġdid għandu l-għan li jantiċipa, iħejji u jirreaġixxi għall-impatt ta' kriżijiet futuri.
L-istrument tal-UE għall-emerġenzi fis-suq uniku: it-tisħiħ tas-suq intern fi żminijiet ta' kriżi
Żminijiet ta' kriżi
Tipi ta' kriżijiet:
- diżastri naturali
- kriżijiet tas-saħħa pubblika
- skossi ekonomiċi
- tħassib dwar is-sigurtà
Impatti:
- ostakli għall-moviment liberu tal-merkanzija, is-servizzi jew in-nies
- kumpaniji jiffaċċaw diffikultajiet fl-akkwist, fil-provvista jew fil-bejgħ ta' oġġetti u servizzi
- ktajjen tal-provvista jistgħu jiġu interrotti malajr
- l-aċċess tal-konsumatur għal prodotti u servizzi ewlenin jista' jiġi mfixkel
strument għall-emerġenzi fis-suq uniku
- joħloq arkitettura ta' governanza tal-kriżijiet għas-suq uniku (b'mekkaniżmu ta' monitoraġġ biex jiġi identifikat it-theddid)
- jintroduċi bord għall-emerġenzi u r-reżiljenza tas-suq intern biex jivvaluta miżuri ta' rispons rakkomandati.
- jiżgura flessibilità biex jittieħdu miżuri rapidi u effettivi
KIF
Antiċipazzjoni:
Fokus fuq sistema ta' twissija bikrija:
- bord għall-emerġenzi u r-reżiljenza tas-suq intern: imsaħħaħ matul modalitajiet ta' viġilanza/emerġenza
- taħriġ u simulazzjoni ta' kriżi
Tħejjija:
- monitoraġġ ta' ktajjen tal-valur
- trasparenza/kooperazzjoni akbar bejn l-istati membri
- "modalità ta' viġilanza" tista' tiġi attivata wara li tiġi identifikata theddida
Rispons:
- attivazzjoni/estensjoni/diżattivazzjoni tal-modalità ta' viġilanza
- attivazzjoni tal-modalità ta' emerġenza
- adozzjoni ta' lista ta' oġġetti u servizzi rilevanti għal kriżi
- koordinazzjoni ta' akkwisti
- faċilitazzjoni ta' moviment ta' ħaddiema essenzjali u oġġetti kritiċi