"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Agrikoltura u Sajd

Kunsill Agrikoltura u Sajd, 21 ta' Settembru 2020

Riżultati ewlenin

Il-ministri ltaqgħu fi Brussell u għamlu progress fid-diskussjonijiet dwar il-pakkett ta' riforma tal-politika agrikola komuni (PAK) ta' wara l-2020 bil-ħsieb li jiġi adottat l-approċċ ġenerali tal-Kunsill f'Ottubru 2020. Huma ddiskutew ukoll kwistjonijiet agrikoli relatati mal-kummerċ b'enfasi partikolari fuq in-negozjati reċenti u futuri ta' ftehimiet ta' kummerċ ħieles ma' pajjiżi terzi.

Julia Klöckner, Ministru Federali tal-Ġermanja għall-Ikel u l-Agrikoltura
Illum għamilna progress tajjeb fid-diskussjonijiet tagħna dwar ir-riforma tal-PAK u ninsab fiduċjuż li fil-laqgħa tagħna li jmiss ser inkunu nistgħu nadottaw l-approċċ ġenerali tal-Kunsill. Kien hemm kunsens wiesa' u appoġġ li dan nistgħu niksbuh f'Ottubru. Għadna rridu niddiskutu ċerti kwistjonijiet iżda kont kuntent li qed nara xi rieda għal kompromess. Ħaġa waħda tibqa' l-istess: l-attenzjoni tagħna lill-bdiewa Ewropej biex jibqgħu kompetittivi matul it-tranżizzjoni lejn prattiki aktar ekoloġiċi. Jeħtieġ li ma nħallu l-ebda dubju li l-ambizzjonijiet ekoloġiċi tagħna huma reali u jistgħu jintlaħqu mill-bdiewa Ewropej.
Julia Klöckner, Ministru Federali tal-Ġermanja għall-Ikel u l-Agrikoltura
Julia Klöckner, Ministru Federali tal-Ġermanja għall-Ikel u l-Agrikoltura

Matul is-sessjoni ta' filgħodu, il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar tliet elementi tar-riforma tal-PAK: l-arkitettura ekoloġika, l-inkorporazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar il-QFP fis-sistema futura tal-pagamenti diretti, u l-mudell ta' implimentazzjoni l-ġdid. Filwaqt li l-ministri kellhom fehmiet diverġenti dwar xi kwistjonijiet, huma kienu sodi fir-rigward tal-għan li jintlaħaq qbil dwar l-approċċ ġenerali tal-Kunsill f'Ottubru. Ħafna ministri rrikonoxxew li s-suġġerimenti mressqa mill-Presidenza huma pass fid-direzzjoni t-tajba. Dawn kienu jinkludu l-introduzzjoni ta' sehem minimu uniformi fl-UE kollha ta' żoni mhux produttivi u approċċ aktar flessibbli u volontarju dwar il-limiti massimi tal-pagamenti diretti. Is-suġġeriment li jiġu introdotti ekoskemi obbligatorji b'fażi pilota ta' sentejn intlaqa' parzjalment. Fir-rigward tal-mudell ta' implimentazzjoni l-ġdid, il-ministri rrikonoxxew il-progress li sar s'issa iżda qiesu wkoll li għad hemm bżonn ta' aktar diskussjonijiet dwar kwistjonijiet speċifiċi: il-proċess ta' approvazzjoni tal-pjanijiet strateġiċi nazzjonali u, b'mod aktar ġenerali, il-ħtieġa għal politika simplifikata.

Kwistjonijiet agrikoli relatati mal-kummerċ

Abbażi ta' preżentazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea, il-ministri ddiskutew l-aħħar żviluppi fin-negozjati li għaddejjin tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles tal-UE u s-sħubiji ma' pajjiżi terzi. Il-ministri semgħu mill-Kummissjoni Ewropea dwar iż-żieda fl-esportazzjonijiet tal-UE ta' prodotti agroalimentari matul l-ewwel xhur tal-2020 bis-saħħa tal-applikazzjoni ta' ftehimiet konklużi reċentement. Ħafna ministri esprimew ukoll l-appoġġ qawwi tagħhom għall-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea biex tikkonkludi ftehimiet kummerċjali miftuħa, ġusti u sostenibbli ma' pajjiżi terzi, speċjalment matul il-pandemija tal-Covid-19.

Kwistjonijiet oħra

Il-ministri ttrattaw ukoll il-kwistjonijiet li ġejjin:

  • Franza ppreżentat dikjarazzjoni dwar il-ħtieġa li jiġu żviluppati proteini tal-pjanti fl-Ewropa biex titnaqqas id-dipendenza qawwija fuq l-importazzjonijiet;
  • Spanja tenniet l-appelli biex jinżamm il-baġit attwali għall-programm iddedikat lir-reġjuni ultraperiferiċi fil-QFP li jmiss;
  • Ir-Repubblika Ċeka u l-Italja ppreżentaw sett ta' prinċipji mixtieqa relatati mat-tikkettar tan-nutrizzjoni fuq quddiem tal-pakkett;
  • Ir-Repubblika Ċeka talbet lill-Kummissjoni Ewropea biex tissottometti proposta biex tiġi pprojbita l-produzzjoni tal-bajd minn tiġieġ tal-bajd f'gaġeġ fl-UE sal-2030.
  • Il-Ġermanja ppreżentat is-sitwazzjoni attwali tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Ġermanja u l-miżuri li ttieħdu;
  • Ir-Repubblika Ċeka ppreżentat nota dwar is-sitwazzjoni fis-settur tat-trobbija tal-ħnieżer fejn talbet lill-Kummissjoni Ewropea tipprovdi analiżi dettaljata.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025