"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività (Suq intern u industrija), 26 ta' Settembru 2024

Riżultati ewlenin

Il-futur tal-kompetittività Ewropea

Il-ministri kellhom diskussjoni dwar il-futur tal-kompetittività Ewropea, abbażi ta' nota mħejjija mill-presidenza. Il-ministri taw valutazzjoni ġenerali tar-rapport minn Mario Draghi intitolat "Il-futur tal-kompetittività Ewropea", u ddiskutew liema elementi ta' dan ir-rapport għandhom jiġu riflessi fil-Patt Ġdid dwar il-Kompetittività Ewropea.

Il-qafas dwar l-għajnuna mill-istat

It-tieni skambju ta' fehmiet tal-ministri ffoka fuq il-qafas dwar l-għajnuna mill-istat u l-kontribut tiegħu għall-objettivi tal-politika tal-UE, abbażi ta' dokument ta' sfond imħejji mill-presidenza Ungeriża.

Il-ministri esprimew il-fehmiet tagħhom dwar il-proposti dwar l-għajnuna mill-istat li kienu inklużi fir-rapporti mill-eks Prim Ministri Taljani Enrico Letta u Mario Draghi dwar is-suq intern u l-kompetittività rispettivament. Huma rriflettew ukoll dwar jekk ikunx utli li wieħed jgħaddi mir-regoli qafas temporanji dwar l-għajnuna mill-istat għar-regoli ta' qabel il-kriżi dwar l-għajnuna mill-istat.

Fl-aħħar nett, il-ministri spjegaw kif, fil-fehma tagħhom, il-livell ta' finanzjament pubbliku li jikkontribwixxi għall-kompetittività tal-UE jista' jiżdied.

L-SMEs u l-benefiċċji tas-suq uniku

Waqt ikla ta' ħidma, il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar kif l-SMEs jibbenefikaw mis-suq uniku.

Id-diskussjoni ffukat fuq il-miżuri li għandhom jittieħdu bl-aktar mod urġenti fl-Unjoni Ewropea biex jittejjeb l-aċċess għas-suq intern għall-SMEs, inkluża l-kooperazzjoni transfruntiera, u jekk id-definizzjoni ta' SMEs u kumpaniji żgħar b'kapitalizzazzjoni medja għandhiex tiġi adattata għall-ħtiġijiet tal-ambjent ekonomiku tas-seklu 21.

Affarijiet oħra

Taħt affarijiet oħra, il-ministri ġew infurmati dwar tliet kwistjonijiet:

  • il-kummerċ elettroniku (fuq it-talba tad-delegazzjoni Ġermaniża)
  • il-prijoritajiet għas-suq intern (fuq it-talba tad-delegazzjoni Ċeka u dik Lussemburgiża)
  • punt ta' informazzjoni dwar il-konferenza dwar il-karozzi organizzata mill-presidenza l-ġurnata ta' qabel.

Il-ministri approvaw ukoll punti A leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi, inkluż l-Att dwar l-Emerġenza u r-Reżiljenza tas-Suq Intern (IMERA) u l-miżuri ta' akkumpanjament (IMERA omnibus), kif ukoll l-Ajru Uniku Ewropew 2+.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025