"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività (Suq intern u industrija), 28 ta' Novembru 2024

Riżultati ewlenin

Il-futur tal-kompetittività Ewropea

Il-presidenza Ungeriża ħarġet konklużjonijiet tal-presidenza dwar il-futur tal-kompetittività Ewropea. Il-konklużjonijiet tal-presidenza jirrikonoxxu l-urġenza li jissaħħu l-produttività u t-tkabbir sostenibbli, filwaqt li jinżamm il-mudell soċjali u ekonomiku tal-UE.

Biex jintlaħaq dan l-għan, il-konklużjonijiet tal-presidenza jappellaw għal:

  • l-approfondiment tas-suq uniku
  • il-promozzjoni tal-innovazzjoni
  • it-tnaqqis tal-piżijiet regolatorji
  • it-titjib tal-ambjent tan-negozju, speċjalment għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju

Il-konklużjonijiet tal-presidenza jenfasizzaw il-ħtieġa urġenti li jiġi mobilizzat l-investiment f'setturi strateġiċi ewlenin, inkluż teknoloġiji nodfa u l-infrastruttura tal-enerġija, u li jittejjeb il-finanzjament tal-innovazzjoni.

Il-presidenza tistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġiji ġodda għas-suq uniku u għall-industrija, b'enfasi fuq il-modernizzazzjoni u s-simplifikazzjoni sabiex tappoġġa t-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività fit-tul madwar l-Unjoni.

Regolamentazzjoni aħjar fl-Ewropa

Il-ministri kellhom dibattitu dwar regolamentazzjoni aħjar fl-Ewropa. Id-dibattitu kien iggwidat minn nota mħejjija mill-presidenza Ungeriża.

Il-ministri taw l-opinjonijiet tagħhom dwar tliet punti:

  • appoġġ għal inizjattivi għal regolamentazzjoni aħjar fir-rapport ta' Draghi
  • l-implimentazzjoni effettiva tat-tnaqqis tal-piż amministrattiv
  • u t-titjib tal-għodod eżistenti għal regolamentazzjoni aħjar

Il-biċċa l-kbira tal-istati membri laqgħu s-suġġett bħala element importanti biex tittejjeb il-kompetittività fl-Ewropa. Il-maġġoranza tad-delegazzjonijiet laqgħu l-proposti tal-Kummissjoni biex jitnaqqas il-piż tar-rappurtar b'25%, b'mira ta' 35% għall-SMEs. Diversi delegazzjonijiet approvaw il-proposta tar-rapport ta' Draghi biex tmur lil hinn minn din il-mira (għal tnaqqis ta' rappurtar ta' 50% għall-SMEs), kif ukoll l-idea li jkun hemm metodoloġija unika għall-kalkolu tal-piż amministrattiv, inkluż il-piż kumulattiv ta' leġiżlazzjonijiet differenti. Bosta delegazzjonijiet laqgħu l-ħolqien ta' kummissarju għall-implimentazzjoni u s-simplifikazzjoni (il-Kummissarju Dombrovskis) u r-responsabbiltà għal kull kummissarju li jittestja l-istress tal-leġiżlazzjoni eżistenti u jiżgura li leġiżlazzjoni ġdida ma toħloqx piż addizzjonali bla bżonn, jirrapporta kull sena dwar it-tnaqqis tal-piż u jkollu djalogi ta' implimentazzjoni darbtejn fis-sena. Ħafna delegazzjonijiet qajmu wkoll il-kwistjoni ta' valutazzjonijiet tal-impatt aħjar (anke għall-emendi tal-Kunsill u tal-Parlament), inkluż b'enfasi speċifika fuq territorji differenti (bħar-reġjuni ultraperiferiċi) u tipi ta' kumpaniji (bħall-SMEs). Diversi ministri appellaw għal applikazzjoni msaħħa tal-għodod eżistenti ta' regolamentazzjoni aħjar, bħat-test "one-in-one-out" jew it-test tal-SMEs. Fl-aħħar nett, diversi interventi appellaw għall-użu ta' teknoloġiji eżistenti jew ġodda (diġitali, IA, blockchain) biex jitnaqqsu r-rekwiżiti ta' rappurtar.

Affarijiet oħra

  • Il-presidenza Ungeriża infurmat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali tal-fajls leġiżlattivi li qed taħdem fuqhom
  • Id-delegazzjoni Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Latvjana, Litwana, Portugiża, Spanjola u dik Żvediża infurmaw lill-ministri dwar il-"bijoekonomija – il-passi li jmiss fl-UE"
  • Id-delegazzjoni Daniża, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Irlandiża, Latvjana, Slovakka u Spanjola infurmaw lill-ministri dwar "Nisfruttaw il-benefiċċji kollha tar-rivoluzzjoni tal-bijoteknoloġija"
  • Id-delegazzjoni Franċiża, Ġermaniża u Żvediża infurmaw lill-ministri dwar "L-iżvilupp tal-produzzjoni Ewropea tal-Batteriji u t-triq 'il quddiem biex tiġi żgurata Industrija Ewropea tal-Batteriji kompetittiva"
  • Id-delegazzjoni Awstrijaka, Bulgara, Ċeka, Taljana, Pollakka, Rumena u Slovakka infurmaw lill-ministri dwar "Proposta konġunta għal politika Ewropea mġedda dwar il-karozzi: nibbilanċjaw il-kompetittività mal-ambizzjoni klimatika"
  • Il-Kummissjoni infurmat lill-ministri dwar ir-"Regolament dwar interfaċċa pubblika konnessa mas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern għad-dikjarazzjoni tal-istazzjonar ta' ħaddiema"
  • Il-Kummissjoni infurmat lill-ministri dwar ir-rapport tal-2024 tan-Network tar-Rappreżentanti għall-SMEs lill-Kunsill Kompetittività
  • Il-presidenza Pollakka li jmiss ippreżentat il-programm ta' ħidma tagħha fil-qasam tas-suq intern u l-industrija

Punti ''A''

Il-ministri adottaw ukoll il-lista ta' punti "A".

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025