"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività (Suq intern u industrija), 24 ta' Mejju 2024

Riżultati ewlenin

Suq intern u industrija

Punti ''A''

Il-ministri adottaw żewġ fajls leġiżlattivi: 

  • id-direttiva dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva
  • emenda għar-regolament dwar il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen

Il-Kunsill adotta wkoll, mingħajr diskussjoni, il-punti fuq il-lista ta' punti A mhux leġiżlattivi.

Il-futur tal-politika industrijali tal-UE

Il-ministri approvaw il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar "Industrija Ewropea kompetittiva li tixpruna l-futur ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tagħna". Il-konklużjonijiet janalizzaw is-sitwazzjoni tas-settur industrijali tal-UE, jesploraw modi biex itejbu l-innovazzjoni, l-aċċess għall-finanzi u l-ambjent kummerċjali għall-kumpaniji, u jipproponu l-prinċipji ewlenin li fuqhom hija bbażata politika industrijali futura tal-UE. 

L-għanijiet ambizzjużi tal-Unjoni għat-tmexxija diġitali u n-newtralità klimatika joffru opportunitajiet importanti għall-bini ta' tmexxija industrijali u l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità għolja. Bil-bidu tal-mandat li jmiss tal-Kummissjoni Ewropea li għandna quddiemna, issa huwa ż-żmien li nirriflettu fuq il-futur, li jiġu stabbiliti l-elementi kostitwenti għal politika industrijali Ewropea u li tiġi pprovduta gwida dwar it-triq 'il quddiem lejn patt ġdid dwar il-kompetittività Ewropea.

Jo Brouns, Ministru Fjamming għall-Ekonomija, l-Innovazzjoni, ix-Xogħol, l-Ekonomija Soċjali u l-Agrikoltura

Il-futur tas-suq intern

Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar il-futur tas-suq intern, abbażi tal-momentum li nkiseb bir-rapport ta' livell għoli ppreżentat minn Enrico Letta, President tal-Istitut Jacques Delors u eks Prim Ministru tal-Italja fil-Kunsill Ewropew straordinarju fit-18 ta' April. Il-konklużjonijiet jappellaw għal strateġija ġdida olistika għas-suq uniku b'enfasi fuq il-qafas regolatorju, li ssaħħaħ il-benefiċċji potenzjali tiegħu, b'mod partikolari lejn il-kisba ta' tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali ġusta, servizzi aktar integrati, impjiegi kwalitattivi u ktajjen tal-provvista reżiljenti. 

Is-suq uniku huwa waħda mill-akbar kisbiet tal-Unjoni Ewropea. Dan ipprovda benefiċċji għall-benesseri soċjali tagħna u saħħaħ il-pożizzjoni ekonomika globali tagħna. Iżda ma nistgħux inkunu kompjaċenti: is-suq uniku għadu fframmentat, mhux kulħadd jibbenifika minnu b'mod ugwali, u l-atturi l-kbar qed jimponu r-regoli tagħhom stess. Il-konklużjonijiet adottati llum ifasslu pjan direzzjonali biex insaħħu s-suq uniku tagħna u nħejjuh għall-isfidi globali li ġejjin.

Pierre-Yves Dermagne, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Ekonomija u l-Impjiegi tal-Belġju

Kuntratti ta' akkwist pubbliku tal-UE

Il-ministri approvaw ukoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rapport speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: "L-akkwist pubbliku fl-UE: Inqas kompetizzjoni għal kuntratti aġġudikati għal xogħlijiet, oġġetti u servizzi fl‑10 snin li jippreċedu l‑2021." Il-konklużjonijiet, bl-isem "Titjib fil-kompetizzjoni ġusta u effettiva għal kuntratti aġġudikati għal xogħlijiet, oġġetti u servizzi", jirriflettu r-reazzjoni tal-ministri għall-kompetittività għal dak ir-rapport u jipproponu t-tnedija ta' pjan ta' azzjoni strateġika fl-UE kollha biex l-akkwist pubbliku jkun waħda mill-prijoritajiet għall-mandat tal-Kummissjoni li jmiss.

L-akkwist pubbliku huwa wieħed mix-xprunaturi ewlenin tat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi u jista' jkun għodda b'saħħitha biex jintlaħqu l-objettivi strateġiċi tagħna. Madankollu, jeħtieġ li nkunu ċerti li niksbu l-ogħla valur għal kull euro li jintefaq fuq ix-xiri pubbliku, filwaqt li niżguraw li r-regoli jkunu ċari, li l-informazzjoni tkun faċilment disponibbli, u li jkun hemm kompetizzjoni reali fost il-parteċipanti kollha.

Pierre-Yves Dermagne, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Ekonomija u l-Impjiegi tal-Belġju

Affarijiet oħra

Il-presidenza Belġjana infurmat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali tal-fajls leġiżlattivi li qed taħdem fuqhom. Dawn jinkludu r-regolament dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, ir-regolament dwar il-pagamenti tard, ir-regolament dwar il-liċenzjar obbligatorju u l-pakkett ta' miżuri biex il-piż amministrattiv jitnaqqas b'25%.

Il-ministri ġew infurmati wkoll dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:

  • il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-bijoteknoloġija
  • id-dikjarazzjoni ministerjali tal-laqgħa ministerjali D9+
  • pakkett Ewropew għal politika sostenibbli dwar il-karbonju għall-industrija tal-kimika
  • il-ħtieġa li ssir riflessjoni dwar l-opzjonijiet għall-finanzjament tal-politika industrijali fil-livell tal-UE: "It-tisħiħ tal-industrija Ewropea biex tingħata spinta lill-kompetittività" 
  • id-dikjarazzjoni tal-istazzjonar tal-ħaddiema
  • ir-regolamentazzjoni u l-armonizzazzjoni ta' oġġetti pirotekniċi
  • Miżuri doganali tal-Istati Uniti
  • Jum tal-Kompetizzjoni tal-UE
  • il-presidenza Ungeriża li jmiss ippreżentat il-programm ta' ħidma tagħha fil-qasam tas-suq intern u l-industrija

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025