Skip to content
  • Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività (Suq intern u industrija), 12 ta' Marzu 2025

Riżultati ewlenin

L-industrija Ewropea – il-boxxla għall-kompetittività u l-patt għal industrija nadifa

Il-ministri kellhom dibattitu dwar modi kif tista' ssir pressjoni għal industrija Ewropea aktar kompetittiva. Id-diskussjoni saret wara l-pubblikazzjoni tal-boxxla għall-kompetittività fid-29 ta' Jannar, u tal-patt għal industrija nadifa, fis-26 ta' Frar. Il-ministri appoġġaw ħafna mill-miżuri proposti f'dawn id-dokumenti inkluż id-dekarbonizzazzjoni, iż-żieda fil-kompetittività industrijali, l-ekonomija ċirkolari (biex jiġu rkuprati materjali kritiċi u jitnaqqas l-iskart), id-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-enerġija, aktar investiment fil-grilji u fl-infrastruttura tal-ħżin, il-ħolqien ta' swieq ewlenin għal prodotti ekoloġiċi (inkluż l-akkwist pubbliku), il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità għolja, il-protezzjoni tal-ħiliet, l-evitar tal-frammentazzjoni tas-suq uniku u l-ftehimiet internazzjonali biex jiġi żgurat l-aċċess għall-materja prima, il-ktajjen tal-provvista u l-kummerċ ħieles.

<p>Krzysztof Paszyk, ministru għall-iżvilupp ekonomiku u t-teknoloġija tal-Polonja</p>

L-ekonomija Ewropea tinsab f'punt kritiku. L-industrija tagħna qed tiffaċċja maltempata kbira: prezzijiet tal-enerġija għoljin, kompetizzjoni inġusta minn pajjiżi terzi, u diskrepanza dejjem akbar fl-innovazzjoni ma' kompetituri globali. Illum, inkomplu fuq il-ħidma tal-Kummissjoni. Wasal iż-żmien li nimxu mill-kliem għall-azzjoni - mid-dibattitu għal soluzzjonijiet reali. Għad fadal ħafna xi jsir, iżda ninsabu fit-triq it-tajba biex nisfruttaw il-potenzjal sħiħ tal-ekonomija Ewropea.

<p>Krzysztof Paszyk, ministru għall-iżvilupp ekonomiku u t-teknoloġija tal-Polonja</p>

Krzysztof Paszyk, ministru għall-iżvilupp ekonomiku u t-teknoloġija tal-Polonja

Lejn strateġija orizzontali għal suq uniku modernizzat: il-ħtieġa għal pjan ta' azzjoni għas-servizzi

Il-ministri kellhom dibattitu politiku dwar l-istrateġija futura għas-suq uniku, b'enfasi speċjali fuq pjan ta' azzjoni għas-servizzi. Id-dibattitu sar wara l-pubblikazzjoni tar-rapport annwali dwar is-suq uniku u l-kompetittività (ASMCR) fid-29 ta' Jannar. Id-diskussjoni pprovdiet kontribut konkret għall-istrateġija orizzontali l-ġdida għas-suq uniku, li l-Kummissjoni qed tippjana li toħroġ f'Mejju. Fost kwistjonijiet oħra, il-ministri appoġġaw l-idea li jiġi inkluż pjan direzzjonali għas-servizzi b'objettivi intelliġenti u skedi ta' żmien ċari fl-istrateġija. Bosta delegazzjonijiet issottolinjaw l-importanza tar-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali u l-mobbiltà tal-ħaddiema. Diversi ministri ssottolinjaw l-importanza ta' proċessi effiċjenti għall-għoti ta' permessi, is-settur tal-kostruzzjoni u l-implimentazzjoni b'rata kostanti tar-regoli tal-UE, speċjalment għad-direttiva dwar is-servizzi. Diversi delegazzjonijiet appellaw ukoll għall-użu sħiħ tal-għodod diġitali kollha disponibbli biex tingħata spinta lill-integrazzjoni tas-servizzi fis-suq uniku.

Sett ta' għodod komprensiv tal-UE għal kummerċ elettroniku sikur u sostenibbli

Matul l-ikla ta' nofsinhar, il-ministri kellhom diskussjoni dwar il-komunikazzjoni "Sett ta' għodod komprensiv tal-UE għal kummerċ elettroniku sikur u sostenibbli" li ġiet ippreżentata mill-Kummissjoni fil-5 ta' Frar.

Illustrazzjoni ta' mobile li qed juri interfaċċa tax-xiri online bi flokk griż u ikona tal-basket tax-xiri. Il-muniti tad-deheb u blu huma mxerrda fl-isfond, u jissimbolizzaw il-kummerċ elettroniku jew it-tranżazzjonijiet online.
Il-kummerċ elettroniku fl-UE (Infografika)

Il-kummerċ elettroniku fl-UE (Infografika)

L-ewwel pakketti Omnibus ta' simplifikazzjoni

Il-ministri ddiskutew il-miżuri ta' simplifikazzjoni proposti mill-Kummissjoni fis-26 ta' Frar (l-hekk imsejħa pakketti Omnibus) u jekk il-“metodu Omnibus” jistax iwassal għal simplifikazzjoni rapida fil-prattika, u kif jiġi żgurat li l-miżuri ta' simplifikazzjoni jingħataw prijorità wkoll fil-livell Ewropew u dak nazzjonali. Il-ministri ffukaw fuq oqsma oħra tal-leġiżlazzjoni Ewropea li jeħtieġu wkoll miżuri ta' simplifikazzjoni biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-kumpaniji tal-UE, b'mod partikolari l-SMEs. Il-pakketti ta' simplifikazzjoni Omnibus ippreżentati mill-Kummissjoni fis-26 ta' Frar (wieħed dwar il-miżuri ta' sostenibbiltà, u t-tieni wieħed dwar il-finanzjament) huma l-ewwel wieħed f'sensiela ta' miżuri mwiegħda mill-Kummissjoni biex jitnaqqsu b'25% l-obbligi ta' rapportar għall-kumpaniji (u b'35% għall-SMEs).

Industrija tal-UE kompetittiva u dekarbonizzata fil-kuntest tas-CBAM

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-politika industrijali u dwar il-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera (CBAM, l-għodda tal-UE biex jiġi stabbilit prezz ġust fuq is-CO2 ta' oġġetti b'intensità qawwija ta' karbonju li jidħlu fl-UE, u għall-inkoraġġiment ta' produzzjoni aktar nadifa f'pajjiżi mhux tal-UE). Il-ministri ddiskutew ideat biex jissaħħaħ ir-regolament CBAM bħat-tnaqqis tal-piż amministrattiv, il-kamp ta' applikazzjoni adegwat, il-kopertura tal-prodotti downstream, il-ġlieda kontra r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, il-prevenzjoni ta' prattiki ta' ċirkomvenzjoni u l-ġlieda kontra l-emissjonijiet indiretti.

L-infografika tispjega l-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera, li għandu l-għan li jiġġieled kontra r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u jnaqqas l-emissjonijiet globalment.
"Lesti għall-mira ta' 55%": l-UE kif biħsiebha tindirizza l-emissjonijiet barra mill-UE? (Infografika)

"Lesti għall-mira ta' 55%": l-UE kif biħsiebha tindirizza l-emissjonijiet barra mill-UE? (Infografika)

Affarijiet oħra

Blueprint għall-istrateġija orizzontali l-ġdida għas-suq uniku

Id-dibattitu dwar l-istrateġija għas-suq uniku ġie segwit b'punt ta' informazzjoni mressaq miċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Finlandja, il-Kroazja, l-Irlanda, il-Litwanja, il-Latvja, Malta, in-Netherlands, il-Portugall, ir-Rumanija, l-Iżvezja, is-Slovenja, Spanja u s-Slovakkja. Dawk id-delegazzjonijiet ipproponew miżuri speċifiċi biex itejbu s-suq uniku, qabel l-istrateġija għas-suq uniku li jmiss.

Nagħtu spinta ġdida lill-futur industrijali tal-Ewropa: insaħħu l-kompetittività u r-reżiljenza

Il-Portugall, Spanja, is-Slovakkja u s-Slovenja appellaw għal pilastru industrijali fil-fond Ewropew għall-kompetittività mħabbar biex jitrawwem rwol fuq quddiem fil-qasam tat-teknoloġija, jiġu żgurati l-ktajjen tal-provvista u jiġi żgurat li l-Ewropa tibqa' attur industrijali globali ewlieni.

Il-pjan ta' azzjoni għall-industrija tal-karozzi

Il-Kummissjoni ppreżentat il-"pjan ta' azzjoni industrijali għas-settur Ewropew tal-karozzi", li kien ġie ppubblikat fil-5 ta' Marzu.

Is-sitwazzjoni allarmanti li qed tiffaċċja l-industrija Ewropea tas-sustanzi kimiċi, settur strateġiku li jeħtieġ att tal-UE apposta dwar is-sustanzi kimiċi kritiċi

Iċ-Ċekja, Franza, l-Ungerija, l-Italja, in-Netherlands, ir-Rumanija, is-Slovakkja u Spanja ġibdu l-attenzjoni għall-kriżi li l-industrija kimika qed tiffaċċja bħalissa (bi tnaqqis ta' 12% fil-produzzjoni u r-riskju li jintilfu 50 000 impjieg fin-negozju petrokimiku biss) u pproponew miżuri biex is-settur jingħata appoġġ.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Marzu 2025