- Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Telekonferenza tal-ministri għall-ekonomija u l-finanzi, 23 ta' Marzu 2020
Minħabba l-miżuri ta' prekawzjoni kontra COVID-19, din il-laqgħa saret permezz ta' telekonferenza.
COVID-19: il-flessibbiltà tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir
Fid-dawl tal-kriżi ta' COVID-19, il-ministri ddiskutew il-flessibbiltà tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, fid-dawl tal-komunikazzjoni ppreżentata mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-aspetti ekonomiċi tal-kriżi ta' COVID-19 fl-20 ta' Marzu.
Il-ministri għall-finanzi ħarġu dikjarazzjoni konġunta li fiha jaqblu mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-kondizzjonijiet għall-użu tal-klawsola liberatorja ġenerali tal-qafas fiskali tal-UE huma ssodisfati.
L-impatt ekonomiku tal-kriżi ta' COVID-19
Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-impatt ekonomiku tal-kriżi ta' COVID-19 u d-diversi miżuri adottati kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew biex tiġi indirizzata l-kriżi. Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat valutazzjoni tas-sitwazzjoni u l-miżuri reċenti tagħha, inkluż l-Inizjattiva ta' Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus u l-qafas temporanju tagħha għal miżuri ta' għajnuna mill-Istat. Il-Bank Ċentrali Ewropew ippreżenta l-Programm ta' Xiri f'Emerġenza Pandemika tiegħu mħabbar fit-18 ta' Marzu.
Il-ministri għall-finanzi ser ikomplu jissorveljaw mill-qrib is-sitwazzjoni li qed tevolvi malajr. Huma ddikjaraw mill-ġdid ir-rieda tagħhom li jindirizzaw l-effetti immedjati tal-kriżi tal-coronavirus b'mod koordinat u deċiżiv, filwaqt li enfasizzaw l-importanza li jgħinu l-ekonomija tirkupra ladarba l-coronavirus jonqos
Semestru Ewropew 2020
Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-impatt ta' COVID-19 fuq is-Semestru Ewropew 2020 u t-triq 'il quddiem matul ix-xhur li ġejjin.
Minħabba l-livell għoli ta' inċertezza rigward kwalunkwe kwantifikazzjoni tal-effetti ekonomiċi tal-pandemija, u l-evoluzzjoni rapida tal-miżuri fiskali b'rispons għas-sitwazzjoni, l-istati membri qed jiffaċċjaw diffikultajiet biex jipprovdu projezzjonijiet fiskali u ekonomiċi kredibbli. Il-ministri u l-Kummissjoni qablu li jadottaw approċċ flessibbli u prammatiku fit-twettiq tal-passi li jmiss tal-eżerċizzju tas-Semestru Ewropew ta' din is-sena.
Dokumenti tal-laqgħat
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Patrick McCullough Press officer
- +32 471 33 38 46
- +32 2 281 91 19
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #ECOFIN
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025