"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Vidjokonferenza tal-ministri għall-ekonomija u l-finanzi, 19 ta' Mejju 2020

Riżultati ewlenin

Rispons ekonomiku għall-pandemija tal-COVID-19

Il-ministri ddiskutew il-progress li sar rigward il-miżuri ta' rispons tal-UE li ttieħdu biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-COVID-19.

Il-ministri laqgħu l-adozzjoni, permezz tal-proċedura bil-miktub, tar-regolament għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta' qgħad f'emerġenza (SURE). SURE jista' jipprovdi sa €100 biljun f'self taħt termini favorevoli lill-istati membri biex jgħin fil-finanzjament ta' skemi nazzjonali ta' xogħol b'ħinijiet iqsar u miżuri simili, inkluż għal persuni li jaħdmu għal rashom, kif ukoll jappoġġa xi miżuri relatati mas-saħħa, b'mod partikolari fuq il-post tax-xogħol b'reazzjoni għall-kriżi.

Zdravko Maric, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-finanzi tal-Kroazja
Filwaqt li jsalvaw l-impjiegi u jipproteġu d-dħul taċ-ċittadini tagħna, il-gvernijiet tal-UE ser ikunu jistgħu jimminimizzaw l-impatt soċjali negattiv tal-kriżi tas-saħħa u jippermettu lill-ekonomiji tagħna jirritornaw għan-normal kemm jista' jkun malajr permezz ta' dan il-fond.
Zdravko Maric, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-finanzi tal-Kroazja
Zdravko Maric, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-finanzi tal-Kroazja

SURE huwa wieħed mit-tliet xbieki ta' sikurezza, b'valur ta' €540 biljun, għall-impjiegi u l-ħaddiema, għan-negozji u l-istati membri, li l-Grupp tal-Euro laħaq qbil dwaru fid-9 ta' April 2020. Il-mexxejja tal-UE approvaw il-qbil fit-23 ta' April u talbu li l-pakkett ikun operattiv sal-1 ta' Ġunju 2020.

Ix-xibka ta' sikurezza għall-istati membri, l-Appoġġ fil-Kriżi Pandemika tal-MES, saret operattiva fil-15 ta’ Mejju 2020 wara ftehim politiku dwar il-karatteristiċi tal-istrument u termini standardizzati fil-Grupp tal-Euro tat-8 ta' Mejju.

Il-ministri evalwaw ukoll id-diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa biex tiġi operazzjonalizzata x-xibka ta' sikurezza għan-negozji permezz tal-fond ta' garanzija pan-Ewropew tal-Bank Ewropew tal-Investiment. Il-Presidenza appellat biex l-istrument jiġi ffinalizzat kemm jista' jkun malajr

Il-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew ippreżentaw il-valutazzjoni tagħhom tas-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja.

Ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

Il-ministri kellhom diskussjoni wara preżentazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-approċċ tagħha biex tissaħħaħ aktar il-ġlieda tal-UE kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (AML).

Il-ministri ddiskutew kif jista' jittejjeb aktar il-qafas eżistenti tal-AML, b'mod partikolari:

  • kif l-aħjar jinkiseb sett armonizzat ta' regoli u liema oqsma u setturi jistħoqqilhom jiġu koperti minn regolament;
  • kif isir użu aħjar mid-data, mill-analiżi tad-data u mill-kondiviżjoni tad-data;
  • il-possibbiltà li tiġi stabbilita awtorità ġdida tal-UE ddedikata għall-AML u l-kompetenzi possibbli tagħha;
  • il-metodoloġija riveduta proposta mill-Kummissjoni għall-identifikazzjoni ta' pajjiżi terzi b'riskju għoli.

Fis-7 ta' Mejju, il-Kummissjoni ppreżentat:

  • pjan ta' azzjoni għal politika komprensiva tal-UE dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu
  • metodoloġija riveduta għall-elenkar ta' pajjiżi terzi b'riskju għoli li għandhom nuqqasijiet strateġiċi fir-reġimi tagħhom tal-AML

Il-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni jagħti segwitu għall-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Diċembru 2019, li jistabbilixxu prijoritajiet strateġiċi għal riforma f'dan il-qasam.

Il-metodoloġija riveduta ta' elenkar għandha l-għan li tipproteġi aħjar is-sistema finanzjarja tal-UE mir-riskji tal-ħasil tal-flus. Il-qafas tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu jistabbilixxi obbligu li jiġu identifikati ġurisdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi li għandhom nuqqasijiet strateġiċi fir-reġimi tagħhom ta' kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

Semestru Ewropew 2020

Il-ministri laqgħu l-adozzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rapporti tal-pajjiżi tas-Semestru Ewropew 2020 u l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tal-2019.

Dawn il-konklużjonijiet huma parti mill-proċess annwali ta’ valutazzjoni tal-proċeduri ta’ żbilanċi makroekonomiċi. Madankollu, din is-sena, huma jirriflettu s-sitwazzjoni eċċezzjonali marbuta mad-deterjorament qawwi tas-sitwazzjoni ekonomika b'riżultat tal-pandemija tal-COVID-19. Il-konklużjonijiet jiffukaw fuq sfidi u vulnerabbiltajiet strutturali li għadhom rilevanti fl-ambjent ekonomiku li qed jinbidel u inċert tal-lum, u li jistgħu jkunu rilevanti għal strateġija ta' rkupru.

Djalogu ekonomiku mal-Balkani tal-Punent u t-Turkija

Fil-marġini tal-vidjokonferenza tal-ministri għall-ekonomija u l-finanzi, l-UE, il-Balkani tal-Punent u t-Turkija kellhom id-djalogu annwali tagħhom dwar il-politika ekonomika. Id-diskussjoni ta' din is-sena ffukat fuq l-impatt ekonomiku tal-pandemija tal-COVID-19 fuq ir-reġjun. Il-parteċipanti adottaw dikjarazzjoni konġunta fi tmiem il-vidjokonferenza.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025