"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Vidjokonferenza tal-ministri għall-ekonomija u l-finanzi, 9 ta' Ġunju 2020

Riżultati ewlenin

Il-ministri għall-ekonomija u l-finanzi taw spinta lill-investiment għall-irkupru tal-UE.

Pjan ta' rkupru għall-Ewropa

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet mal-Kummissjoni dwar l-irkupru tal-Ewropa wara l-kriżi tal-COVID-19, b'enfasi fuq il-ħtiġijiet ta' tiswija, irkupru u reżiljenza. Huma ddiskutew ukoll l-istruttura bażika tal-pjan ta' rkupru għall-Ewropa.

Il-Pjan ta' Rkupru ppreżentat fis-27 ta' Mejju identifika ħtiġijiet ta' investiment sinifikanti fl-UE li l-Kummissjoni tipproponi li jiġu indirizzati b'sensiela ta' miżuri mmirati għall-ingranaġġ ta' madwar €3.1 triljun.

Il-ministri enfasizzaw l-importanza li jintużaw il-fondi biex jiġi żgurat irkupru sostenibbli u jinkisbu objettivi ta' politika komuni bħal transizzjoni ekoloġika u diġitali. Huma ddiskutew ir-relazzjoni tas-Semestru Ewropew mal-Pjan ta' Rkupru, kif ukoll il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta' investiment u ta' riforma nazzjonali: enfasizzaw il-ħtieġa li jiġi żgurat l-impatt massimu, jitnaqqas il-piż amministrattiv u jiġu evitati d-duplikazzjonijiet. Il-ministri indirizzaw ukoll kwistjonijiet relatati mad-daqs ġenerali tal-istrument ta' rkupru, in-natura u l-kriterji ta' allokazzjoni tal-fondi jew il-qafas ta' governanza.

Il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) taw ħarsa ġenerali tal-implimentazzjoni tal-miżuri li ttieħdu s'issa.

Semestru Ewropew

Il-ministri għall-finanzi ħadu kont tat-tħejjijiet tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għall-eżerċizzju tas-Semestru Ewropew ta' din is-sena.

Ir-rakkomandazzjonijiet jipprovdu gwida ta' politika mfassla apposta għal kull Stat Membru tal-UE dwar kif tista' tingħata spinta lill-impjiegi u t-tkabbir, filwaqt li jinżammu finanzi pubbliċi sodi.

Minħabba d-deterjorament qawwi tas-sitwazzjoni ekonomika fl-istati membri kollha minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u l-attivazzjoni tal-miżuri ta' flessibbiltà fil-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir f'Marzu 2020, ir-rakkomandazzjonijiet ta' din is-sena jiffokaw fuq ħames oqsma ta' prijorità ġenerali:

  • l-investiment fis-sistemi tal-kura tas-saħħa,
  • il-preservazzjoni tal-impjiegi u l-indirizzar tal-impatt soċjali tal-kriżi,
  • ir-riċerka u l-iżvilupp,
  • l-iżgurar ta' provvedimenti ta' likwidità u l-istabbiltà tas-settur finanzjarju, u
  • il-preservazzjoni tas-suq uniku u ċ-ċirkolazzjoni ta' oġġetti u servizzi.

Il-Kunsill ser jadotta formalment ir-rakkomandazzjonijiet hekk kif il-Kunsill Ewropew japprovahom, x'aktarx f'Lulju.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025