"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Vidjokonferenza tal-ministri għall-ekonomija u l-finanzi, 16 ta' April 2020
L-impatt ekonomiku tal-kriżi tal-COVID-19 u r-rispons politiku
Il-ministri ddiskutew l-aħħar valutazzjoni tal-impatt ekonomiku tal-pandemija tal-COVID-19 u r-rispons ta' politika.
L-irkupru tal-ekonomija Ewropea jippreżenta sfida kbira. Ser naġixxu flimkien f'solidarjetà u nipprovdu soluzzjonijiet li flimkien jippermettulna nagħmlu l-progress meħtieġ biex insaħħu l-Unjoni Ewropea.
Zdravko Maric, viċi Prim Ministru u Ministru għall-Finanzi tal-Kroazja
Fid-9 ta' April, il-Grupp tal-Euro ressaq pakkett ta' miżuri biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-COVID-19. Il-pakkett huwa magħmul minn tlett ixbieki ta' sikurezza immedjati għall-ħaddiema, in-negozji u l-istati membri, b'valur ta' madwar €500 biljun. Iħejji wkoll il-bażi għal fond ta' rkupru biex iniedi mill-ġdid l-ekonomija u jiżgura solidarjetà ma' dawk l-istati membri l-aktar milquta.
Il-ministri appellaw għall-implimentazzjoni rapida tal-miżuri ta' emerġenza, f'konformità mal-prinċipji maqbula mill-Grupp tal-Euro. Il-presidenza Kroata ntrabtet b'mod partikolari li tipproċedi malajr b'negozjati dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal strument temporanju biex jittaffew ir-riskji ta' qgħad f'emerġenza (SURE).
Il-ministri tal-UE jiddiskutu l-impatt ekonomiku tal-COVID-19 u r-rispons ta' politika.
Self mill-banek għal unitajiet domestiċi u korporattivi
Il-fluss ta' self mill-banek lill-unitajiet domestiċi u lill-korporattivi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, huwa wieħed mill-aktar modi sinifikanti għall-UE biex tindirizza l-konsegwenzi soċjoekonomiċi tat-tifqigħa tal-COVID-19.
Il-ministri approvaw dikjarazzjoni li fiha jappoġġaw l-applikazzjoni flessibbli tar-regoli tal-UE fis-settur bankarju, u jistiednu lill-banek iżommu lura milli jiddistribwixxu dividendi.
Il-ministri qablu dwar is-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti ta' informazzjoni għaċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew ta' din is-sena.
Minħabba l-livell għoli ta' inċertezza b'riżultat tal-konsegwenzi soċjoekonomiċi tal-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni ppreżentat proċess simplifikat għall-eżerċizzju tas-Semestru Ewropew ta' din is-sena. Dan huwa maħsub biex jippreserva l-miri ewlenin tas-Semestru Ewropew, filwaqt li jqis iż-żminijiet ta' sfida li qed jiffaċċjaw l-istati membri. B'mod partikolari, ikun hemm approċċ simplifikat għall-preżentazzjoni ta' riforma nazzjonali u programmi ta' stabbiltà jew konverġenza (NRPs u SCPs) mill-istati membri. Il-Kummissjoni tistenna li tippreżenta t-tbassir tar-Rebbiegħa tagħha, kif ukoll abbozz tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi fil-bidu ta' Mejju 2020.
Il-presidenza Kroata u l-Kummissjoni għarrfu lill-ministri dwar il-laqgħat internazzjonali tar-Rebbiegħa, inkluż il-laqgħat tal-ministri għall-finanzi tal-G7 u l-G20 kif ukoll il-Kumitat Monetarju u Finanzjarju Internazzjonali li sar permezz ta' vidjokonferenza fil-ġimgħa tat-13 ta' April 2020.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.