"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Mobbiltà ġusta għall-ħaddiema fl-UE

The EU aims to increase labour mobility through initiatives such as 'matchmaking' between job-seekers and employers, and fighting undeclared work.

L-UE qed taħdem biex iżżid il-mobbiltà ġusta tal-ħaddiema fl-Ewropa billi tneħħi l-ostakli li jxekkluha.

L-UE tappoġġa l-mobbiltà billi tgħin lil dawk li qed ifittxu x-xogħol u dawk li jħaddmu fl-Ewropa jsibu lil xulxin, ikunu fejn ikunu. Tieħu ħsieb ukoll li l-ħaddiema mobbli tal-UE ma jiġux abbużati u tgħin fil-koordinazzjoni tal-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat.

Infurzar aħjar tar-regoli tal-UE dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema

Id-direttiva għall-infurzar tal-leġislazzjoni dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema għandha l-għan li ssaħħaħ id-drittijiet tal-ħaddiema stazzjonati, tiffaċilita l-forniment ta' servizzi transkonfinali u tiġġieled kontra d-dumping soċjali. L-għan tagħha hu li ttejjeb l-applikazzjoni tar-regoli eżistenti, mingħajr ma tibdilhom.

Il-Kunsill adotta r-reviżjoni tad-direttiva dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema fil-21 ta' Ġunju 2018.

Awtorità Ewropea tax-Xogħol ġdida biex tittejjeb il-mobbiltà transkonfinali tal-ħaddiema

L-UE qed tipprova twaqqaf Awtorità Ewropea tax-Xogħol ġdida biex tittejjeb il-kooperazzjoni transkonfinali. Il-funzjonijiet ewlenin ta' dan il-korp ġdid huma:

  • il-faċilitazzjoni tal-aċċess għal informazzjoni dwar drittijiet u obbligi f'każijiet ta' mobbiltà transkonfinali għall-impjegati, għal min iħaddem u għall-amministrazzjonijiet nazzjonali
  • appoġġ għall-koordinazzjoni bejn l-istati membri fl-infurzar transkonfinali tal-liġi tal-Unjoni rilevanti
  • medjazzjoni bejn l-istati membri sabiex jissolva tilwim transkonfinali bejniethom
  • il-faċilitazzjoni ta' soluzzjonijiet f'każ ta' tfixkil fis-suq tax-xogħol.