- Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur
Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (Saħħa), 3 ta' Diċembru 2024
Riżultati ewlenin
Ambjenti mingħajr duħħan u aerosol
Il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni li ser tgħin biex jitnaqqas l-esponiment għad-duħħan mingħand ħaddieħor u l-aerosols u tinkiseb ġenerazzjoni ħielsa mit-tabakk fl-Ewropa sal-2040, kif jinsab fil-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer.
Ir-rakkomandazzjoni tħeġġeġ lill-pajjiżi tal-UE jwessgħu l-ambitu tal-protezzjoni eżistenti tagħhom kontra l-esponiment għad-duħħan mingħand ħaddieħor biex jinkludu żoni ewlenin fuq barra bħal bandli pubbliċi u terrazzini tar-ristoranti. Il-miżuri l-ġodda ser japplikaw ukoll għall-prodotti emerġenti tat-tabakk u prodotti relatati bħas-sigaretti elettroniċi u l-prodotti tat-tabakk imsaħħan (HTPs).
Il-ġlieda kontra l-mard mhux komunikabbli, bħall-kanċer u l-mard kardjovaskulari, hija prijorità għall-presidenza Ungeriża. Ir-rakkomandazzjoni tal-lum ser tgħin fil-prevenzjoni ta' mard bħal dan billi tnaqqas il-probabbiltà ta' esponiment għad-duħħan mingħand ħaddieħor u l-aerosols, b'mod partikolari fost it-tfal u ż-żgħażagħ.
Péter Takács, Ministru tal-Istat tal-Ungerija għas-Saħħa
- Il-Kunsill jirrakkomanda aktar protezzjoni kontra d-duħħan mingħand ħaddieħor u l-aerosols (stqarrija għall-istampa, 3 ta' Diċembru 2024)
- Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-ambjenti mingħajr duħħan u aerosol
- Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer
- Riskji għas-saħħa tad-duħħan minn ħaddieħor u l-aerosols (informazzjoni ġenerali)
- Seduta pubblika
L-Unjoni Ewropea tas-Saħħa fid-dawl tar-rapport ta' Draghi
Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-Unjoni Ewropea tas-Saħħa fid-dawl tar-rapport dwar il-futur tal-kompetittività Ewropea, li ġie ppubblikat minn Mario Draghi f'Settembru 2024.
Il-ministri għas-saħħa ddiskutew ir-relazzjoni tal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet fir-rapport ta' Draghi mal-isfidi tas-saħħa, b'enfasi fuq is-sinerġiji u d-diskrepanzi bejn ir-rapport u l-prijoritajiet tal-Kunsill, inkluż dawk li jinsabu fil-konklużjonijiet tiegħu dwar il-Futur tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa. Huma vvalutaw l-impatt potenzjali tar-rakkomandazzjonijiet fuq is-sistemi nazzjonali tal-kura tas-saħħa u l-Unjoni Ewropea tas-Saħħa. Esploraw ukoll modi kif l-istati membri u l-Kummissjoni jikkoordinaw l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet.
Is-saħħa kardjovaskulari fl-UE
Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar it-titjib tas-saħħa kardjovaskulari fl-Unjoni Ewropea. Il-konklużjonijiet għandhom l-għan li jtejbu l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni bikrija, it-trattament u r-riabilitazzjoni, kif ukoll li jnaqqsu l-piż soċjali u ekonomiku tal-mard kardjovaskulari.
Il-Kunsill jistieden lill-istati membri u lill-Kummissjoni jieħdu miżuri bħat-tisħiħ tal-politiki dwar il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni primarja, it-titjib tal-għarfien dwar is-saħħa, u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattika.
Il-mard kardjovaskulari għandu impatt devastanti fuq l-individwi u l-familji tagħhom, iżda fil-biċċa l-kbira tal-każijiet jista' jiġi evitat billi jiġu indirizzati l-fatturi ta' riskju sottostanti meta jsiru għażliet li jiffavorixxu stil ta' ħajja aktar san. L-iskrinjar u aċċess aħjar għat-trattament huma elementi essenzjali biex jitnaqqas l-impatt tal-mard kardjovaskulari. Il-konklużjonijiet tal-lum jirriflettu l-impenn tagħna li ntejbu s-saħħa kardjovaskulari fl-UE kollha.
Péter Takács, Segretarju tal-Istat tal-Ungerija għas-Saħħa
Donazzjoni u trapjant tal-organi
Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar it-tisħiħ tad-donazzjoni u t-trapjant tal-organi. Il-konklużjonijiet għandhom l-għan li jġeddu l-momentum politiku biex ikomplu jittejbu l-prattiki tad-donazzjoni u t-trapjant tal-organi madwar l-Ewropa. B'mod partikolari, huma jappellaw lill-Kummissjoni taġġorna l-pjan ta' azzjoni tal-UE dwar id-Donazzjoni u t-Trapjant tal-Organi.
Pakkett farmaċewtiku
Il-ministri ħadu nota ta' rapport ta' progress dwar il-pakkett farmaċewtiku. Dan il-pakkett, magħmul minn regolament u direttiva, ġie ppubblikat f'April 2023 bl-għan li jadatta u jissimplifika x-xenarju regolatorju attwali.
Affarijiet oħra
Is-suġġetti li ġejjin ġew diskussi taħt "affarijiet oħra":
- Konferenzi tal-presidenza (informazzjoni mill-presidenza)
- Negozjati għal ftehim internazzjonali dwar il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għall-pandemiji, kif ukoll emendi komplementari għar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005) (informazzjoni mill-presidenza u l-Kummissjoni)
- Programm ta' ħidma tal-presidenza li jmiss (informazzjoni mill-Polonja)
- Is-settur tas-saħħa bħala parti ewlenija mill-istrateġija futura għal Unjoni tal-preparatezza (informazzjoni mill-Finlandja f'isem Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Kroazja, il-Latvja, il-Lussemburgu, Malta u Spanja)
- L-indirizzar tal-bejgħ ta' mediċini mhux awtorizzati liċ-ċittadini Ewropej (informazzjoni mill-Belġju, Ċipru, l-Irlanda u Spanja)
- Riformi meħtieġa fir-Regolament dwar l-Apparati Mediċi u r-Regolament dwar l-Apparati Mediċi Dijanjostiċi In Vitro (informazzjoni mill-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Kroazja, il-Lussemburgu, Malta, ir-Rumanija u s-Slovenja)
- Kooperazzjoni volontarja għall-akkwist konġunt ta' prodotti mediċinali (informazzjoni minn Ċipru, id-Danimarka, il-Greċja, il-Kroazja, il-Latvja, Malta u s-Slovenja)
Dibattitu informali waqt l-ikla ta' nofsinhar
Waqt l-ikla ta' nofsinhar sar dibattitu informali dwar is-suġġett ta' azzjonijiet fuq terminu qasir u twil għas-sigurtà tal-provvista tal-mediċini.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
- Nota ta' informazzjoni
Dokumenti ta' eżitu
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Emma O'Driscoll Press officer
- +32 475 88 48 33
- +32 2 281 48 10
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EPSCO
Laqgħat oħra: Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025