"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (Impjiegi u Politika Soċjali), 10 ta' Marzu 2025

Riżultati ewlenin

L-isfidi tat-trasformazzjoni minħabba t-tixjiħ

Il-Kunsill kellu dibattitu ta' orjentazzjoni dwar "l-Isfidi tat-Trasformazzjoni Minħabba t-Tixjiħ: inċentivi u soluzzjonijiet sistemiċi għall-promozzjoni ta' attività professjonali volontarja estiża ta' persuni akbar fl-età". Il-ministri ddiskutew modi kif il-persuni akbar fl-età jiġu mħeġġa jibqgħu fil-forza tax-xogħol jew jerġgħu lura fiha, bl-għan li jittaffa n-nuqqas ta' ħaddiema u ta' ħiliet filwaqt li wkoll jiġi evitat jew jittaffa l-faqar fost l-anzjani fl-UE.

Agnieszka Dziemianowicz-Bąk, Ministru għall-Familja, ix-Xogħol u l-Politika Soċjali tal-Polonja

Qed isseħħ trasformazzjoni minħabba t-tixjiħ madwar l-Ewropa, li ġġib magħha kemm sfidi kif ukoll opportunitajiet. Il-persuni akbar fl-età jistgħu jibbenefikaw ħafna jekk jibqgħu attivi professjonalment, u jistgħu jużaw il-ħiliet u l-esperjenza tagħhom biex jgħinu biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' ħaddiema kkawżati mit-tixjiħ tal-popolazzjoni. Jekk irridu nagħtu s-setgħa lill-persuni akbar fl-età biex jaqdu rwol attiv fil-forza tax-xogħol, jeħtieġ li nneħħu l-ostakli u d-diżinċentivi li għadhom ixekkluhom.

Agnieszka Dziemianowicz-Bąk, Ministru għall-Familja, ix-Xogħol u l-Politika Soċjali tal-Polonja

Agnieszka Dziemianowicz-Bąk, Ministru għall-Familja, ix-Xogħol u l-Politika Soċjali tal-Polonja

Id-dibattitu kkonċentra b'mod partikolari fuq ir-rwol tas-Semestru Ewropew biex jiġu indirizzati l-isfidi u l-opportunitajiet relatati mat-tixjiħ. Fost il-punti li qajmu l-istati membri kien hemm l-importanza li l-persuni akbar fl-età jiġu megħjuna jtejbu l-ħiliet tagħhom u jitħarrġu mill-ġdid għal karrieri ġodda, li jiġu miġġielda l-isterjotipi negattivi, u li jingħarfu l-isfidi partikolari li jħabbtu wiċċhom magħhom in-nisa akbar fl-età. Għadd ta' ministri qasmu wkoll eżempji ta' inċentivi ta' politika użati fil-pajjiżi tagħhom biex jippromwovu ħajja tax-xogħol itwal.

Semestru Ewropew

Bħala parti miċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew, il-Kunsill approva l-kontribut dwar l-aspetti tal-impjiegi u soċjali tar-rakkomandazzjoni tal-2025 dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro. Adotta wkoll ir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi tal-2025 u approva konklużjonijiet dwar dan ir-rapport. Fl-aħħar, il-presidenti tal-Kumitat tal-Impjiegi (EMCO) u tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali (KPS) ippreżentaw ittra li biha infurmaw lill-ministri dwar l-aspetti fil-pjanijiet fiskali-strutturali fuq terminu medju li huma relatati mal-ħidma tal-Kunsill EPSCO.

Affarijiet oħra

Fit-taqsima "affarijiet oħra", tqajmu s-suġġetti li ġejjin:

Ġew ippreżentati wkoll il-programmi ta' ħidma tal-2025 tal-Kumitat tal-Impjiegi u tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali (informazzjoni mill-EMCO u l-KPS):

Dibattitu informali waqt l-ikla ta' nofsinhar

Waqt l-ikla ta' nofsinhar, sar dibattitu informali dwar id-dritt għall-iskonnessjoni. Il-ministri qasmu l-fehmiet tagħhom dwar l-aħjar miżuri biex jiżdied l-għarfien fost l-impjegaturi u l-impjegati dwar ir-riskji assoċjati mal-kultura tax-xogħol ta' "disponibbiltà bla waqfien", u qasmu eżempji ta' dritt għall-iskonnessjoni fil-livell nazzjonali.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 20 ta' Marzu 2025