Skip to content
  • Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport

Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport (Kultura u Sport), 26 ta' Novembru 2024

Riżultati ewlenin

Sport

Il-legat dejjiemi ta' avvenimenti sportivi kbar

Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar it-trawwim tal-legat dejjiemi ta' avvenimenti sportivi kbar. Dawn il-konklużjonijiet jiffukaw fuq il-potenzjal ta' avvenimenti sportivi kbar biex itejbu l-ħajja u l-benesseri taċ-ċittadini tal-UE fit-tul u b’hekk iħallu legat dejjiemi.

<p>Ádám Schmidt, Ministru tal-Istat għall-Isport tal-Ungerija</p>

Avvenimenti sportivi kbar jistgħu jipprovdu benefiċċji fit-tul, minn infrastruttura mġedda għal għarfien aħjar dwar stil ta' ħajja tajba għas-saħħa, iżda benefiċċji bħal dawn jitolbu impenn sostnut. Il-konklużjonijiet tal-lum jappellaw għal approċċ strateġiku biex jiġi massimizzat u jinżamm il-legat dejjiemi ta' avvenimenti sportivi kbar fl-Ewropa.

<p>Ádám Schmidt, Ministru tal-Istat għall-Isport tal-Ungerija</p>

Ádám Schmidt, Ministru tal-Istat għall-Isport tal-Ungerija

Fil-konklużjonijiet tiegħu, il-Kunsill ifittex li jqiegħed is-sostenibbiltà ekonomika, soċjali u ambjentali fil-qalba tar-riflessjonijiet dwar il-benefiċċji u l-iżvantaġġi tal-organizzazzjoni ta' avvenimenti sportivi kbar.

B’mod partikolari, il-konklużjonijiet jenfasizzaw benefiċċji bħat-titjib tal-infrastruttura u l-ħolqien tal-impjiegi. Il-Kunsill jappella lill-istati membri biex jużaw avvenimenti sportivi kbar bħala opportunità biex jippromwovu l-isport u l-attività fiżika fil-popolazzjoni kollha, inkluż fost iż-żgħażagħ u persuni minn ambjenti żvantaġġati.

Il-konklużjonijiet jindikaw ukoll il-legat ambjentali dejjiemi ta'avvenimenti sportivi li jiġu organizzati f’konformità ma' prattiki ambjentali tajbin.

Il-Mudell Ewropew tal-Isport

Il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar ir-rwol tal-karatteristiċi ewlenin ta' Mudell Ewropew tal-Isport, b’enfasi fuq dawk l-aspetti li jistgħu jippreservaw u jippromwovu l-valuri tal-UE fl-isport.

Id-dibattitu ffoka fuq dawk il-karatteristiċi li għandhom jissaħħu aktar biex jiġu ppreservati l-valuri tal-isport fl-Ewropa, u r-rwol li l-Pjan ta' Ħidma tal-UE għall-Isport 2024-2027 jista' jkollu f’dan ir-rigward. Il-ministri ddiskutew ukoll modi kif tissaħħaħ ir-rabta bejn l-isport professjonali u dak tal-massa.

Għamlu referenza partikolari għar-rwol tal-isport bħala "difiża immunitarja soċjali", jiġifieri forma ta' difiża kontra problemi soċjali.

Għas-sessjoni attenda l-president tal-UEFA, Aleksander Čeferin.

Affarijiet oħra

Il-punti li ġejjin ġew indirizzati taħt "affarijiet oħra":

  • Programm ta' ħidma tal-presidenza li jmiss (informazzjoni mill-Polonja)
  • Id-dimensjoni Ewropea tal-Logħob ta' Pariġi 2024 u l-legat dejjiemi tagħhom fl-Ewropa (informazzjoni minn Franza)
  • Id-dimensjoni Ewropea tal-Kampjonat Ewropew tal-Futbol tal-2024 fil-Ġermanja (informazzjoni mill-Ġermanja)

Kultura/Awdjoviżiv

Ir-rwol tal-libreriji fl-iżvilupp tal-litteriżmu fil-media

Il-ministri ħadu sehem f’dibattitu ta' orjentazzjoni dwar ir-rwol tal-libreriji fl-iżvilupp tal-litteriżmu fil-media.

<p>Veronika Varga-Bajusz, Ministru tal-Istat tal-Ungerija għall-Edukazzjoni Għolja, it-Taħriġ Vokazzjonali u tal-Adulti, u ż-Żgħażagħ</p>

Il-libreriji jirrappreżentaw kontribut sinifikanti għall-iżvilupp tal-litteriżmu fil-media, li sar ħtieġa urġenti f’dinja dejjem aktar diġitali u miżgħuda b'informazzjoni. Madankollu, il-libreriji jħabbtu wiċċhom ma' diversi sfidi kruċjali biex jirrealizzaw bis-sħiħ dan il-potenzjal. Fil-fehma tagħna, it-tliet sfidi ewlenin li jeħtieġ li jiġu indirizzati huma: ir-rwol tal-libreriji biex jimtlew il-lakuni fl-edukazzjoni dwar il-litteriżmu fil-media; l-infrastruttura u l-finanzjament tal-libreriji; u l-iżvilupp tal-ħiliet tal-librara.

<p>Veronika Varga-Bajusz, Ministru tal-Istat tal-Ungerija għall-Edukazzjoni Għolja, it-Taħriġ Vokazzjonali u tal-Adulti, u ż-Żgħażagħ</p>

Veronika Varga-Bajusz, Ministru tal-Istat tal-Ungerija għall-Edukazzjoni Għolja, it-Taħriġ Vokazzjonali u tal-Adulti, u ż-Żgħażagħ

Id-diskussjoni tal-Kunsill iffukat fuq l-importanza tal-libreriji fil-promozzjoni tal-litteriżmu fil-media u l-ħiliet kritiċi tal-qari, ir-riżorsi meħtieġa biex jingħataw servizzi ta' kwalità għolja, u l-ħiliet meħtieġa mil-librara.

It-titjib tal-aċċess għall-kultura

Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar it-titjib u t-trawwim tal-aċċess għall-kultura, li fihom jirrikonoxxi l-importanza tal-parteċipazzjoni kulturali għas-saħħa personali, il-benesseri, il-koeżjoni territorjali u soċjetali, u t-tisħiħ tad-demokrazija.

Jappella lill-istati membri biex iħarsu u jippromwovu aċċess liberu u ugwali għall-kultura fil-livelli kollha, inkluż billi jiżviluppaw pjanijiet għad-drittijiet kulturali. Jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tinkorpora l-kultura fl-għanijiet ta' politika ġenerali tagħha.

Affarijiet oħra

Il-punti li ġejjin ġew indirizzati taħt "affarijiet oħra":

  • Programm ta' ħidma tal-presidenza li jmiss (informazzjoni mill-Polonja)
  • Appoġġ għall-kollaborazzjoni u l-involviment fis-setturi kulturali u kreattivi fil-livell tal-UE (informazzjoni mill-Awstrija, il-Bulgarija, Ċipru, iċ-Ċekja, l-Estonja, Franza, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, is-Slovakkja, is-Slovenja u Spanja)
  • Konferenza MED9 dwar id-Drittijiet Kulturali fi Żminijiet ta' Kriżi u d-Dikjarazzjoni MED9 dwar id-Drittijiet Kulturali (Nikosija, 16 ta' Settembru 2024) (informazzjoni minn Ċipru)
  • Lublin – il-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2029 (informazzjoni mill-Polonja)
  • Il-politiki tal-istati membri biex jippromwovu d-diversità kulturali fis-suq uniku diġitali (informazzjoni minn Franza, il-Greċja, l-Italja u Spanja u bl-appoġġ tal-Ġermanja)
  • Kapitali Ewropej tal-kultura 2025: Chemnitz u Nova Gorica (informazzjoni mill-Ġermanja u s-Slovenja)
  • Tisħiħ u appoġġ strutturali għal offerti u pjattaformi tal-media Ewropej indipendenti (informazzjoni mill-Ġermanja u Franza)
  • Eżitu tal-Laqgħa tal-Ministri tal-G7 dwar il-Kultura (Napli, 19-21 ta' Settembru 2024) (informazzjoni mill-Italja)
  • Ftuħ mill-Ġdid tal-Katidral ta' Notre-Dame (informazzjoni minn Franza)

Ikla ta' nofsinhar informali

Il-ministri għall-kultura ħadu sehem f’dibattitu informali waqt l-ikla ta' nofsinhar, ippresedut mill-Ministru tal-Istat Veronika Varga-Bajusz, dwar il-futur tal-politika kulturali u l-kultura fil-perjodu ta' programmazzjoni l-ġdid tal-UE.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025