- Kunsill Affarijiet Barranin
Kunsill Affarijiet Barranin, 08/04/2019, 8 ta' April 2019
Riżultati ewlenin
Ġrajjiet kurrenti
Ir-Rappreżentant Għoli u l-ministri għall-affarijiet barranin kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-aktar kwistjonijiet urġenti fuq l-aġenda internazzjonali. B’mod partikolari, huma esprimew it-tħassib tagħhom dwar l-iżviluppi fil-Libja. Huma ħeġġew lill-partijiet kollha biex jimplimentaw immedjatament waqfien mill-ġlied fuq bażi umanitarja, iżommu lura minn kwalunkwe eskalazzjoni militari ulterjuri u jerġgħu lura għan-negozjati. Huma tennew l-appoġġ sħiħ tagħhom għall-isforzi tar-Rappreżentant Speċjali tan-NU, Ghassan Salamé, fil-ħidma tiegħu favur il-paċi u l-istabbiltà fil-Libja.
Il-ministri għall-affarijiet barranin semmew ukoll l-implimentazzjoni tad-digriet tal-kodiċi penali fil-Brunei Darussalam uesprimew l-oppożizzjoni qawwija tagħhom għal kastigi krudili u degradanti, ipprojbiti mill-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra li ġiet ffirmata mill-Brunei Darussalam fl-2015.
Fir-rigward tal-Att Helms-Burtontal-1996, il-Kunsill tenna l-oppożizzjoni qawwija tal-UE għall-applikazzjoni extraterritorjali ta' miżuri restrittivi unilaterali, li huwa jqis li jmorru kontra d-dritt internazzjonali.
Afganistan
Il-ministri ddiskutew is-sitwazzjoni fl-Afganistan. Huma ffukaw fuq l-isforzi attwali għall-paċi u kif l-UE tista' tikkontribwixxi bl-aħjar mod għal dawn l-isforzi. Ir-Rappreżentant Għoli infurmat lill-ministri dwar iż-żjarat tagħha f'Islamabad fil-25 ta' Marzu u f'Kabul fis-26 ta' Marzu.
Nittama li t-taħditiet bejn il-partijiet Afgani mħabbra għall-ġimgħa d-dieħla jistgħu jwasslu għall-paċi, mingħajr ma jippreġudikaw la l-proċess elettorali u lanqas il-kisbiet ta' dawn l-aħħar snin, b'mod partikolari dawk marbuta mad-drittijiet tan-nisa u l-minoranzi, u d-drittijiet tal-bniedem f'termini ġenerali. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-proċess ta' paċi fl-Afganistan.
Sħubija tal-Lvant
Il-ministri ddiskutew is-Sħubija tal-Lvant (SL) bil-ħsieb tal-laqgħa ministerjali tas-SL (13 ta' Mejju) u l-avveniment ta' livell għoli (14 ta' Mejju) li ser ifakkar l-10 anniversarju tas-sħubija. Il-ministri enfasizzaw l-importanza tas-sħubija, li hija bbażata fuq valuri u prinċipji kondiviżi, u approċċ li jgħaqqad l-inklużività u d-differenzjazzjoni.
Il-ministri laqgħu l-progress miksub mal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant fil-qafas tal-"20 riżultat tanġibbli għall-2020", u b'mod partikolari r-riżultati tanġibbli u konkreti fil-kummerċ, il-kuntatt bejn il-persuni, il-liberalizzazzjoni tal-viża, it-trasport, il-konnettività, l-infrastruttura u r-riformi ekonomiċi. Huma qablu li l-implimentazzjoni tar-riformi f'setturi bħall-governanza, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ġudikatura jeħtieġu sforzi addizzjonali.
Venezwela
Il-ministri għall-affarijiet barranin kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-Venezwela. Huma ddiskutew l-eżitu tat-tieni laqgħa tal-Grupp ta' Kuntatt Internazzjonali fit-28 ta' Marzu fi Quito (l-Ekwador). Huma qablu li jżidu l-ħidma fuq iż-żewġ linji tal-Grupp ta' Kuntatt Internazzjonali: il-faċilitazzjoni tal-aċċess umanitarju, u l-ħolqien tal-kundizzjonijiet għal elezzjonijiet presidenzjali ħielsa, ġusti u trasparenti.
Il-ministri nnutaw it-titjib f'dawn l-aħħar jiem fl-aċċess umanitarju. Huma qablu dwar il-ħtieġa li tiġi intensifikata l-ħidma biex jinbeda proċess politiku lejn transizzjoni demokratika u paċifika.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Dokumenti ta' eżitu
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Daniela Lenzu Press officer
- +32 470 88 04 02
- +32 2 281 21 46
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #FAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 6 ta' Frar 2025