"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 18/03/2019, 18 ta' Marzu 2019

Riżultati ewlenin

Il-ħames anniversarju tal-annessjoni illegali tal-Krimea

Peress li l-laqgħa saret f'jum il-ħames anniversarju tal-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, ir-Rappreżentant Għoli u l-ministri għall-affarijiet barranin ikkommemoraw l-avveniment billi tennew pubblikament l-elementi ewlenin tal-pożizzjoni tal-UE.

L-UE ddikjarat ripetutament li ma nirrikonoxxux dan il-ksur tad-dritt internazzjonali u mhux ser nirrikonoxxuh. L-UE hija solidali għalkollox mal-Ukrajna u tappoġġa s-sovranità u l-integrità territorjali tagħha. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà

Ġrajjiet kurrenti

Ir-Rappreżentant Għoli u l-ministri għall-affarijiet barranin laqgħu b'sodisfazzjon ir-riżultati tat-tielet konferenza ta' Brussell dwar l-appoġġ għall-futur tas-Sirja u r-reġjun, li kienet l-opportunità biex jerġa' jiġi affermat l-appoġġ tal-UE għall-proċess politiku mmexxi min-NU u jingħata sinjal qawwi ta' appoġġ kontinwu għall-poplu Sirjan billi tiġi mmobilizzata b'suċċess l-għajnuna mill-komunità internazzjonali.

Ir-Rappreżentant Għoli infurmat lill-ministri bil-ħidma li għaddejja tal-Grupp Internazzjonali ta’ Kuntatt dwar il-Venezwela. Il-ministri għall-affarijiet barranin esprimew it-tħassib tagħhom hekk kif is-sitwazzjoni umanitarja tkompli tmur għall-agħar. Huma tennew il-ħtieġa urġenti li tinstab triq lejn proċess politiku.

Fost il-kwistjonijiet li ssemmew hemm ukoll l-iffirmar tal-ftehim ta' paċi fir-Repubblika Ċentru-Afrikana u l-miżuri tal-Istati Uniti mħabbra reċentement dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali.

Siltiet ewlenin mill-Kunsill Affarijiet Barranin li sar fi Brussell fit-18 ta’ Marzu 2019

Ċina

Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet estensiv u komprensiv dwar iċ-Ċina u r-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina, qabel id-diskussjoni mal-Kunsillier tal-Istat Ċiniż u Ministru għall-Affarijiet Barranin Wang Li. Id-diskussjoni ser tikkontribwixxi għat-tħejjija tad-dibattitu fost il-Kapijiet ta' Stat jew ta' gvern waqt il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-21 u t-22 ta' Marzu, u qabel is-summit UE-Ċina li ser isir fid-9 ta' April 2019 fi Brussell.

Id-diskussjoni kienet ibbażata fuq il-komunikazzjoni konġunta mir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissjoni bit-titlu "UE-Ċina: Perspettiva strateġika" li ġiet adottata fit-12 ta' Marzu. Il-Ministri laqgħu l-valutazzjoni li saret fil-komunikazzjoni konġunta u l-azzjonijiet proposti. Filwaqt li l-Istrateġija għaċ-Ċina għall-2016 tibqa' l-bażi għall-kooperazzjoni tal-UE maċ-Ċina, il-komunikazzjoni konġunta tagħti direzzjonijiet utli dwar kif jista' jiġi rfinut l-approċċ tal-Ewropa għaċ-Ċina biex dan ikun aktar realistiku, aktar assertiv u multidimensjonali.

Il-ministri għall-affarijiet barranin enfasizzaw l-importanza kruċjali tal-għaqda, is-solidarjetà u l-konsistenza fil-livell tal-UE għal impenn produttiv maċ-Ċina, billi hija biss UE magħquda li tista' tittratta b'mod effikaċi l-isfidi li tippreżenta ċ-Ċina llum. Huma insistew ukoll fuq il-valuri tal-UE, il-prinċipji tagħha kif ukoll salvagwardja tal-interessi strateġiċi tagħha fir-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina. Huma enfasizzaw l-importanza li jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem u tad-djalogu bejn l-UE u ċ-Ċina dwar id-drittijiet tal-bniedem. Huma ssottolinjaw il-ħtieġa għal reċiproċità aħjar fir-relazzjonijiet ekonomiċi, kif ukoll l-iżvilupp ta' kondizzjonijiet ekwi u aċċess għas-suq ekwu għan-negozji tal-UE. Il-ministri rreferew ukoll għaċ-ċibersigurtà,l-iskrinjar tal-investiment u għall-ħtieġa li jiġu protetti l-infrastruttura u l-industrija kritiċi tal-UE.

Il-ministri sejħu għal approfondiment tal-kooperazzjoni maċ-Ċina f'oqsma bħall-multilateraliżmu, it-tibdil fil-klima, in-nonproliferazzjoni (fil-kuntest tal-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt - PAKK u fil-peniżola Koreana), iż-żamma tal-paċi u l-indirizzar tal-isfidi reġjonali fil-qasam tas-sigurtà.

Waqt l-ikla ta' nofsinhar ta' ħidma, il-ministri għall-affarijiet barranin kellhom diskussjoni miftuħa u estensiva mal-Kunsillier tal-Istat Ċiniż u Ministru għall-Affarijiet Barranin Wang Li. Qabel iż-żewġ laqgħat kien hemm djalogu strateġiku bejn l-UE u ċ-Ċina mmexxi mir-Rappreżentant Għoli u l-Kunsillier tal-Istat.

Repubblika tal-Moldova

Il-Kunsill iddiskuta l-Moldova wara l-elezzjonijiet parlamentari tal-24 ta' Frar. Il-ministri għall-affarijiet barranin enfasizzaw l-importanza ta' proċess ta' formazzjoni tal-gvern trasparenti u kredibbli li għandu jirrifletti maġġoranza parlamentari ġenwina li tirrispetta l-eżitu tal-elezzjonijiet. Huma saħqu fuq l-importanza li ma jkunx hemm interferenza fil-proċess ta' formazzjoni u fakkru li l-UE ma tappoġġax partiti individwali u atturi politiċi speċifiċi, iżda valuri u prinċipji.

Il-Kunsill fakkar li l-bażi għall-kooperazzjoni tal-UE mal-Moldova hija l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, inkluż impenn qawwi għall-aġenda ta' riforma u rispett għall-istat tad-dritt u l-prinċipji demokratiċi.

Il-ministri għall-affarijiet barranin ikkonfermaw l-importanza tal-prinċipju ta' kondizzjonalità biex titwassal l-assistenza makro-finanzjarja, li kellha titwaqqaf minħabba deterjorament serju fl-oqsma kollha tal-istat tad-dritt u fir-rispett tal-prinċipji demokratiċi. F'dan il-kuntest, huma enfasizzaw l-importanza kritika li jitwasslu benefiċċji tanġibbli liċ-ċittadini tal-Moldova u appoġġ kontinwu għas-soċjetà ċivili.

Jemen

Il-ministri fakkru li ma jista' jkun hemm ebda soluzzjoni militari għall-konflitt fil-Jemen u li l-unika triq 'il quddiem hija l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' Stokkolma fl-intier tiegħu. Huma enfasizzaw il-ħtieġa li jinżamm il-momentum politiku u l-partijiet jingħataw spinta biex iżommu l-impenji tagħhom skont il-ftehim b'mod urġenti, kif ukoll il-ħtieġa li jsir progress immedjat fil-post.

Il-Kunsill tenna l-appoġġ sħiħ tal-UE għall-Mibgħut Speċjali tan-NU Martin Griffiths u l-isforzi tiegħu biex tinstab soluzzjoni politika dejjiema, sostenibbli, infurzabbli, inklużiva u nnegozjata f'qafas immexxi min-NU. Il-ministri għall-affarijiet barranin enfasizzaw b'mod partikolari l-importanza li n-nisa Jemeniti jiġu assoċjati bis-sħiħ mal-proċess politiku.

Il-Ministri esprimew tħassib bin-nuqqas ta' titjib fis-sitwazzjoni umanitarja diffiċli, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-għajnuna umanitarja. Il-Kunsill tenna li l-UE u l-istati membri tagħha ser ikomplu l-isforzi ta' assistenza umanitarja tagħhom u joffru l-appoġġ politiku skont kif meħtieġ.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 6 ta' Frar 2025