"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 21 ta' Settembru 2020

Riżultati ewlenin

Belarussja

Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar il-Belarussja, li matulu tenna li l-UE ma rrikonoxxietx l-eżitu tal-elezzjonijiet ta' Awwissu, peress li la kienu ħielsa u lanqas ġusti.

Il-ministri nnotaw id-determinazzjoni u l-perseveranza tal-poplu tal-Belarussja minkejja r-repressjoni, esprimew solidarjetà qawwija miegħu fl-aspirazzjonijiet demokratiċi tiegħu u appellaw għal elezzjonijiet ġodda, ħielsa u ġusti taħt is-superviżjoni tal-OSKE.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Aħna nibqgħu sodi fl-appoġġ tagħna biex il-poplu tal-Belarussja jagħżel lill-mexxej tiegħu u l-futur ta' pajjiżu b'mod ħieles u demokratiku. Aħna m'għandniex aġenda moħbija, mhux qed infittxu li ninterferixxu fl-affarijiet interni tal-pajjiż. Nitolbu biss djalogu nazzjonali dwar kif għandha tissolva l-kriżi attwali u li jkun hemm elezzjonijiet ħielsa u ġusti.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-ministri appoġġaw bis-sħiħ is-sovranità u l-indipendenza tal-Belarussja u appellaw lis-sħab internazzjonali kollha biex ma jinterferixxux fl-affarijiet interni tagħha.

Il-kwistjoni tas-sanzjonijiet ġiet diskussa wkoll u l-ministri tennew ir-rieda politika li jiġu adottati miżuri restrittivi ġodda malajr kemm jista' jkun.

Fl-aħħar nett, il-Kunsill irrieżamina wkoll b'mod ġenerali r-relazzjonijiet tal-UE mal-Belarussja u, f'dan il-kuntest, iddiskuta appoġġ finanzjarju addizzjonali li jista' jingħata lis-soċjetà ċivili u lill-media indipendenti.

Libja

Il-Kunsill imbagħad iddiskuta l-aħħar żviluppi fil-Libja wara t-tħabbiriet li saru fil-21 ta' Awwissu 2020 mill-President tal-Kunsill tal-Presidenza, Fayez al-Serraj, u l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Aguila Saleh, dwar x'jista' jsir biex tingħeleb il-kriżi Libjana.

Il-ministri identifikaw bħala prijoritajiet ewlenin: l-ilħuq ta' ftehim għalwaqfien permanenti u sostenibbli mill-ġlied fil-qafas tal-proċess immexxi min-NU, it-tneħħija tal-imblokk taż-żejt fil-Libja kollha, u t-tkomplija tad-djalogu politiku.

Il-ministri kellhom ukoll l-opportunità li jitkellmu dwar ir-riżultati tal-Operazzjoni Irini li tnediet reċentement fl-implimentazzjoni tal-embargo tan-NU fuq l-armi.

Barra minn hekk, il-Kunsill adotta sanzjonijiet ġodda mmirati lejn żewġ persuni u tliet entitajiet li jipperikolaw il-paċi u s-sigurtà tal-Libja, jiksru l-embargo fuq l-armi jew iwettqu abbużi tad-drittijiet tal-bniedem.

Unjoni Ewropea-Unjoni Afrikana

Il-Kunsill imbagħad kellu skambju ta' fehmiet dwar ir-relazzjonijiet tal-UE mal-kontropartijiet tagħha tal-Unjoni Afrikana, u ddiskuta modi kif jissaħħu r-relazzjonijiet mal-Afrika fuq perjodu medju u fit-tul kemm mil-lat politiku kif ukoll minn dak ekonomiku.

Il-ministri qablu li jiżviluppaw prijoritajiet strateġiċi konġunti sabiex iwittu t-triq għall-kooperazzjoni fl-għaxar snin li ġejjin, u li jiffokaw fuq riżultati tanġibbli, fl-ispirtu tal-approċċ "Tim Ewropa".

F'dan il-kuntest, il-Kunsill ġie aġġornat ukoll dwar is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati ta' wara Cotonou.

Ġrajjiet Kurrenti

Taħt ġrajjiet kurrenti, il-ministri ngħataw informazzjoni dwar il-Venezwela u r-riżultati tal-aħħar laqgħa tal-Grupp ta' Kuntatt Internazzjonali. Il-ministri qablu li l-komunità internazzjonali kellha bżonn timmobilizza l-isforzi kollha biex tgħin lill-poplu tal-Venezwela jsib soluzzjoni paċifika u demokratika għall-kriżi li għaddejja bħalissa, u tindirizza l-ħtiġijiet urġenti tal-popolazzjoni.

Fir-rigward tar-Russja, ir-Rappreżentant Għoli tkellem dwar l-avvelenament tas-Sur Navalny u l-ħtieġa li jkun hemm investigazzjoni internazzjonali urġenti bi trasparenza sħiħa u f'kooperazzjoni sħiħa mal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi.

Il-ministri rrikonoxxew is-sitwazzjoni diffiċli fil-Libanu u enfasizzaw is-solidarjetà tagħhom mal-poplu, filwaqt li ssottolinjaw il-ħtieġa ta' formazzjoni rapida ta' gvern ġdid.

Fir-rigward taċ-Ċina, il-ministri ngħataw informazzjoni mir-Rappreżentant Għoli dwar il-vidjokonferenza bejn il-Mexxejja tal-UE u taċ-Ċina tal-14 ta' Settembru, b'enfasi fuq is-sitwazzjoni attwali fin-negozjati għal Ftehim Komprensiv dwar l-Investimenti u s-sitwazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem.

Fl-aħħar nett, fir-rigward tat-Turkija, il-ministri tkellmu fil-qosor dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant tal-Mediterran qabel il-Kunsill Ewropew li jmiss. Filwaqt li rrikonoxxew xi passi pożittivi reċenti, huma appellaw lit-Turkija biex tieħu aktar passi biex tnaqqas it-tensjoni.

Filmat tal-punti ewlenin mill-Kunsill Affarijiet Barranin li sar fi Brussell fil-21 ta' Settembru 2020

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025