"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 25 ta' Jannar 2021

Riżultati ewlenin

Diplomazija dwar il-Klima u l-Enerġija

Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet rigward id-diplomazija dwar il-klima u l-enerġija, b'enfasi fuq il-promozzjoni tad-dimensjoni esterna tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Illum l-Afrika tirrappreżenta biss 2 % tal-emissjonijiet globali, minħabba l-livell baxx ta' konsum tal-enerġija per capita. Dan il-konsum ser ikollu jiżdied. Jekk irridu li l-Afrikani - li n-numru tagħhom qiegħed dejjem jiżdied - ikollhom l-istess livell ta' kwalità tal-ħajja, ser ikollhom iżidu l-konsum tal-enerġija tagħhom u, fl-istess ħin, ma jżidux l-emissjonijiet tas-CO2. Dan ser jeħtieġ sforz enormi u ser ikollna ningħaqdu flimkien mas-sħab Afrikani tagħna. Il-klima ser tkun parti ewlenija mis-sħubija tagħna mal-Afrika.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Matul id-diskussjoni l-ministri ssottolinjaw il-ħtieġa li jkun hemm involviment mal-Afrika u l-importanza ewlenija tal-2021 fit-triq lejn riżultat pożittiv tal-COP26, il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima tal-2021. Ir-Rappreżentant Għoli enfasizza li l-aċċellerazzjoni tal-azzjoni klimatika u l-ġestjoni tat-tranżizzjoni tal-enerġija huma u ser jibqgħu fil-qalba tal-politika estera u ta' sigurtà tal-UE. Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar dan is-suġġett.

Ġappun

Il-Kunsill kellu diskussjoni mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ġappun, Toshimitsu Motegi. Huma ddiskutew l-approċċi tagħhom fir-rigward tar-reġjun Indo-Paċifiku, u qablu li involviment akbar tal-UE fir-reġjun, kif ukoll kooperazzjoni msaħħa mal-Ġappun u sħab oħra tal-istess fehma dwar kwistjonijiet ta' interess u ta' tħassib komuni jkunu ta' benefiċċju. F'dan il-kuntest, il-Ġappun u l-UE esprimew l-interess komuni tagħhom biex tiżdied il-kooperazzjoni f'oqsma bħall-konnettività, is-sigurtà marittima, l-ambjent u t-tibdil fil-klima, il-kummerċ u l-investiment, kwistjonijiet diġitali, u l-promozzjoni tal-multilateraliżmu u ż-żamma tal-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli. Ir-Rappreżentant Għoli Josep Borrell ikkonferma l-interess tal-UE li tiżviluppa l-approċċ proprju tagħha fir-rigward tar-reġjun Indo-Paċifiku, filwaqt li esprima apprezzament għall-Istrateġija tal-Ġappun għal Reġjun Indo-Paċifiku Ħieles u Miftuħ.

Ġrajjiet Kurrenti

Ir-Rappreżentant Għoli Borrell għarraf lill-ministri dwar ir-Russja u l-avvenimenti marbutin mad-detenzjoni ta' Alexey Navalny. Il-Kunsill ikkundanna d-detenzjonijiet tal-massa u l-brutalità tal-pulizija matul tmiem il-ġimgħa u appella lir-Russja biex teħles immedjatament lis-Sur Navalny u lil dawk kollha li ġew detenuti. F'dan il-kuntest ir-Rappreżentant Għoli informa lill-Kunsill dwar iż-żjara tiegħu li jmiss f'Moska.

Il-ministri mbagħad ġew infurmati dwar l-istrateġija tal-UE għall-kondiviżjoni tal-vaċċini kontra l-COVID-19 mas-sħab tal-UE.

Ninsab konvint bis-sħiħ li distribuzzjoni ġusta tal-vaċċini madwar id-dinja hija parti mis-soluzzjoni, mhux biss għal raġunijiet ta' solidarjetà globali iżda wkoll għas-sigurtà tas-saħħa tagħna stess. M'aħniex ser inkunu sikuri, qabel ma' kulħadd ikun sikur. Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-Kunsill indirizza wkoll ir-relazzjonijiet mal-Istati Uniti, u l-ħidma li l-UE biħsiebha tagħmel mal-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti dwar kwistjonijiet globali ewlenin – mit-tibdil fil-klima għall-Iran u mill-PAKK għall-kooperazzjoni f'fora multilaterali.

Il-ministri mbagħad iddiskutew l-aspetti kollha tar-relazzjonijiet mat-Turkija kif identifikati fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Diċembru, inkluż is-sanzjonijiet, u affermaw mill-ġdid l-importanza li jkun hemm involviment mat-Turkija sabiex isir progress fil-perkorsi għal djalogu u kooperazzjoni u sabiex dawn jiġu kkonsolidati.

Il-każ ta' Giulio Regeni tqajjem ukoll. Ir-Rappreżentant Għoli enfasizza li din kienet kwistjoni serja għall-UE kollha, u kompla jappella lill-Eġittu biex jikkoopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet Taljani, għall-fini tal-akkontabbiltà u biex issir ġustizzja.

Il-Kunsill iddiskuta fil-qosor is-sitwazzjoni tal-migranti fil-Bożnija-Ħerzegovina, u s-sitwazzjoni fil-Qarn tal-Afrika u r-reġjun ta' Tigray.

Affarijiet oħra

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-Venezwela u l-każ pilota għall-kunċett ta' Preżenzi Marittimi Koordinati fil-Golf tal-Guinea.

Matul ikla informali, il-ministri ddiskutew il-kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit fi kwistjonijiet ta' politika estera, ta' sigurtà u ta' difiża komuni. Ir-Rappreżentant Għoli enfasizza li l-UE tinsab lesta li tinvolvi ruħha mar-Renju Unit dwar kwistjonijiet globali ewlenin – kemm fir-rigward tat-tibdil fil-klima kif ukoll billi taħdem flimkien fuq ir-rispons globali għall-pandemija tal-coronavirus.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Dokumenti ta' eżitu

Riżultati tal-votazzjonijiet tal-laqgħa

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025