"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 22 ta' Frar 2021

Riżultati ewlenin

Russja

Il-Kunsill kellu diskussjoni komprensiva u strateġika dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja.

Matul id-dibattitu ħarġet valutazzjoni kondiviża li r-Russja kienet miexja lejn stat awtoritarju u 'l bogħod mill-Ewropa. Il-ministri ddikjaraw mill-ġdid l-unità ta' intenzjoni tagħhom, u ddiskutew kif jistgħu jiżviluppaw ir-relazzjonijiet mar-Russja fil-qafas tal-ħames prinċipji gwida u ffokaw fuq: it-treġġigħ lura tal-ksur tad-dritt internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem, l-ilqugħ kontra d-diżinformazzjoni u l-attakki ċibernetiċi, iżda wkoll l-involviment fi kwistjonijiet ta' interess għall-UE.

Fid-dawl tal-aħħar żviluppi, il-ministri qablu li jipproċedu bil-ħidma dwar miżuri restrittivi futuri b'rispons għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Bi tweġiba għall-avvenimenti madwar is-sitwazzjoni tas-Sur Navalny, ilħaqna qbil politiku biex jiġu imposti miżuri restrittivi kontra dawk responsabbli għall-arrest, il-kundanna u l-persekuzzjoni tiegħu. Għall-ewwel darba ser nagħmlu użu mir-Reġim Globali tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem għal dan il-għan.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-ministri qablu wkoll li jżidu l-appoġġ għal dawk kollha involuti fil-pajjiż fid-difiża tal-libertajiet politiċi u ċivili.

Filmat tal-punti ewlenin tal-Kunsill Affarijiet Barranin li sar fi Brussell fit-22 ta' Frar 2021

Vidjokonferenza mas-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti Antony Blinken

Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet, permezz ta' vidjokonferenza, mas-Segretarju tal-Istat il-ġdid tal-Istati Uniti Antony Blinken dwar l-aġenda sostantiva għall-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar kwistjonijiet ewlenin ta' politika globali, barranija u ta' sigurtà.

Din kienet l-ewwel interazzjoni ta' livell għoli bejn l-UE u l-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti, xahar minn meta ħadet il-kariga. Id-diskussjoni wriet l-intenzjoni tal-partijiet mhux biss li japprofondixxu s-sħubija bejn l-UE u l-Istati Uniti, iżda wkoll l-intenzjoni tagħhom li jiffurmaw tmexxija globali konġunta fil-ġlieda kontra l-pandemija u l-indirizzar tal-irkupru, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-iżgurar tal-promozzjoni tal-valuri demokratiċi.

Id-diskussjoni ttrattat l-opportunitajiet u l-isfidi internazzjonali bħar-relazzjonijiet maċ-Ċina u r-Russja, l-Iran u s-sigurtà u d-difiża.

Hong Kong

Il-Kunsill ġie infurmat dwar is-sitwazzjoni li qed tiddeterjora u qabel dwar sett ta' azzjonijiet fuq perjodu qasir ta' żmien u fit-tul, flimkien mal-pakkett ta' rispons inizjali adottat f'Lulju li għadda.

Miżuri immedjati jinkludu aktar appoġġ għas-soċjetà ċivili, żieda fil-koordinazzjoni ma' sħab tal-istess fehma, u komunikazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti.

Il-Kunsill indirizza wkoll l-impatt tas-sitwazzjoni li qed tiddeterjora f'Hong Kong fuq ir-relazzjonijiet usa' maċ-Ċina.

Ġrajjiet Kurrenti

Ir-Rappreżentant Għoli Borrell informa lill-ministri dwar il-Myanmar u r-rispons tal-UE għall-kolp ta' stat militari tal-1 ta' Frar, u l-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar din il-kwistjoni.

Il-ministri laħqu qbil politiku biex japplikaw sanzjonijiet, immirati lejn il-militar responsabbli għall-kolp ta' stat u l-interessi ekonomiċi tagħhom. Ġie deċiż ukoll li jitwaqqaf l-appoġġ finanzjarju dirett kollu mill-għajnuna tal-UE għall-iżvilupp għall-programmi ta' riforma tal-gvern tal-pajjiż. Fl-istess ħin, ġie maqbul li l-UE tkompli tappoġġa lis-soċjetà ċivili, u tipprovdi servizzi bażiċi lill-poplu tal-Myanmar.

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar ir-rapport tal-ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Finlandja, li żar is-Sudan u l-Etjopja bejn is-7 u l-10 ta' Frar f'isem ir-Rappreżentant Għoli. Il-ministri qablu li hemm bżonn urġenti ta' aċċess umanitarju sħiħ u immedjat għat-Tigray. Huma qablu wkoll li kien meħtieġ li jiġu investigati allegazzjonijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u tal-vjolenza etnika u d-diskriminazzjoni, u jiġi ggarantit ir-rispett tad-dritt umanitarju internazzjonali.

Il-Kunsill iddiskuta wkoll is-sitwazzjoni mal-Iran, u l-iżviluppi reċenti inkwetanti fil-qasam nukleari. Il-ħtieġa li titreġġa' lura l-implimentazzjoni sħiħa tal-PAKK, kemm fir-rigward tal-impenji nukleari kif ukoll fir-rigward tat-tneħħija tas-sanzjonijiet, ġiet enfasizzata b'mod konsistenti.

Fl-aħħar nett, ir-Rappreżentant Għoli qajjem il-kwistjoni ta' deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u r-repressjoni li għaddejja kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, is-soċjetà ċivili u l-ġurnalisti. Huwa qal li l-UE ser tikkunsidra l-adozzjoni ta' aktar sanzjonijiet, u li ser tappoġġa lill-poplu Belarussu fit-talba leġittima tiegħu għad-demokrazija, billi tappoġġa lis-soċjetà ċivili u billi tikkastiga dawk li jċaħħduhom mid-drittijiet fundamentali.

Oħrajn

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar irkupru wara l-COVID-19 ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem, u l-prijoritajiet tal-UE fil-fora tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-2021.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025