"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Vidjokonferenza informali tal-ministri għall-affarijiet barranin u l-ministri għall-affarijiet interni, 15 ta' Marzu 2021

Riżultati ewlenin

Il-ministri għall-affarijiet barranin u l-affarijiet interni kellhom dibattitu konġunt permezz ta' vidjokonferenza dwar l-aspetti esterni tal-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni, taħt il-patt il-ġdid dwar il-migrazzjoni u l-ażil.

Il-laqgħa kienet kopreseduta mir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Josep Borrell, u l-Ministru għall-Affarijiet Interni tal-Portugall, Eduardo Cabrita.

Eduardo Cabrita, Ministru għall-Affarijiet Interni tal-Portugall
Kwalunkwe politika ta' suċċess tal-UE dwar il-migrazzjoni teħtieġ kooperazzjoni mill-qrib mal-isħab tagħna ta' pajjiżi terzi u l-messaġġ tagħna llum huwa ċar: issa huwa l-waqt li naġixxu! Wasal iż-żmien għal riżultati konkreti. Ser naħdmu flimkien biex nibnu sħubijiet ta' migrazzjoni li huma mfassla aħjar biex iqisu l-prijoritajiet tas-sħab tagħna u li huma integrati b'inqas xkiel fir-relazzjonijiet usa' tagħna.
Eduardo Cabrita, Ministru għall-Affarijiet Interni tal-Portugall
Eduardo Cabrita, Ministru għall-Affarijiet Interni tal-Portugall
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
L-UE teħtieġ u trid tiżgura li l-migrazzjoni, fl-aspetti kollha tagħha, issir element importanti tar-relazzjonijiet ġenerali tagħna ma' pajjiżi terzi. Migrazzjoni regolari, ġestita tajjeb u sikura tista' tkun għodda addizzjonali għas-servizz tal-politika esterna tal-UE u assi għall-ekonomiji tagħna u tas-sħab tagħna.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Matul id-dibattitu l-ministri ffokaw b'mod partikolari fuq il-migrazzjoni bħala element importanti fir-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi ewlenin. Huma ddiskutew kif l-aħjar tiġi żviluppata u msaħħa aktar il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi ta' oriġini, ta' tranżitu u ta' destinazzjoni b'mod komprensiv u ta' benefiċċju reċiproku.

Il-ministri enfasizzaw li huwa kruċjali li jiġi segwit approċċ bilanċjat, li jqis l-aspetti rilevanti kollha tal-politika dwar il-migrazzjoni. Huma tennew ukoll il-ħtieġa li jiġu mobilizzati l-politiki u l-għodod rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tal-UE biex tappoġġa dawn is-sħubijiet komprensivi, bilanċjati u ta' benefiċċju reċiproku, inkluż il-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-viża, il-kummerċ u l-investimenti, l-impjiegi u l-edukazzjoni. Ser ikun essenzjali wkoll finanzjament tal-UE aktar koerenti, strateġiku, flessibbli u ffukat. Approċċi ġodda ta' politika, bħas-sħubija UE-AKP ta' wara Cotonou u l-aġenda reċenti tal-Kummissjoni għall-Viċinat tan-Nofsinhar għandhom jiġu żviluppati aktar.

Id-diskussjoni ffukat ukoll fuq kif jistgħu jittejbu l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fi ħdan l-UE biex jintlaħqu l-għanijiet dwar il-migrazzjoni. Il-ministri elaboraw b'mod partikolari dwar kif l-għodod u r-riżorsi tal-UE u tal-istati membri, inkluż ir-riżorsi finanzjarji, jistgħu jsaħħu lil xulxin biex jindirizzaw sfidi komuni marbuta mal-migrazzjoni irregolari u l-ispostament furzat, filwaqt li janalizzaw ukoll l-opportunitajiet li tista' toffri l-migrazzjoni ġestita sew.

Bħala konklużjoni ġenerali tal-ħidma li saret illum, kien hemm fokus ċar fuq l-importanza li jiġu organizzati, b'mod aktar regolari, laqgħat bħal dik organizzata mill-Presidenza Portugiża tal-Kunsill, bejn il-Ministri għall-Affarijiet Barranin u għall-Affarijiet Interni. Li jiġi ggarantit approċċ prammatiku ħafna għall-inizjattivi li għandhom jinbnew, minn issa 'l quddiem, mal-pajjiżi sħab, ukoll kien sottolinjat mill-biċċa l-kbira tad-delegazzjonijiet. Kien hemm appell ċar biex jitħejjew pjanijiet direzzjonali, bi skedi ta' żmien konkreti u b'għanijiet stabbiliti sabiex jinkisbu dawn is-sħubijiet ta' benefiċċju reċiproku.

Taħt affarijiet oħra, il-presidenza ppreżentat elementi ta' proposta għal djalogu komprensiv dwar il-ġustizzja u l-affarijiet interni ma' pajjiżi sħab fl-Afrika ta' Fuq.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025