"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin (Żvilupp), 28 ta' Novembru 2022

Riżultati ewlenin

L-għan tas-sħubija Afrika – Ewropa huwa li jinħoloq spazju ta' solidarjetà, sigurtà, paċi u prosperità sostenibbli.

L-Afrika u l-Ewropa: viżjoni konġunta għall-2030 (Infografika)

Il-Kunsill Affarijiet Barranin, fil-konfigurazzjoni tal-iżvilupp tiegħu, sar fi Brussell fit-28 ta' Novembru 2022.

Il-ministri għall-iżvilupp iddiskutew is-segwitu għas-Summit UE-Unjoni Afrikana, li sar fi Brussell fi Frar li għadda. Il-ministri indirizzaw ukoll kwistjonijiet ta' interess globali, inkluż l-impatt tal-aggressjoni Russa fuq l-Ukrajna fuq is-sitwazzjoni globali tal-insigurtà tal-ikel u l-prezzijiet tal-enerġija.

Is-sitwazzjoni ġeopolitika tad-dinja hija ferm differenti minn kif kienet sena ilu, iżda minkejja l-gwerra fl-Ukrajna, irridu nkomplu ninvolvu ruħna mal-Afrika. L-Afrika hija s-sieħeb tal-għażla tagħna. Hija tinsab fuq quddiem tal-aġenda tagħna speċjalment f'dan il-każ meta l-kriżi tal-ikel u l-kriżi tal-enerġija qed jolqtu b'mod sever lill-kontinent. Irridu ninvestu aktar malajr, aktar u b'mod aktar intelliġenti fl-Afrika. Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

L-istati membri ffukaw ukoll fuq ir-rispons ta' Tim Ewropa għall-kriżi fl-Ukrajna u dik fl-Afganistan. Il-ministri ddiskutew is-sitwazzjoni kumplessa kkawżata mill-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u l-pożizzjoni tagħna. Fuq l-aġenda kien hemm ukoll skambju dwar it-triq 'il quddiem wara t-teħid tal-kontroll tal-Afganistan mit-Taliban f'Awwissu 2021.

F'dan il-kuntest, il-ministri ddiskutew il-proposta mill-Kummissjoni u s-SEAE dwar "approċċ aktar profond u msaħħaħ għall-ħtiġijiet bażiċi" b'appoġġ għall-popolazzjoni Afgana u qablu li kienet meħtieġa aktar ħidma qabel jittieħdu passi f'dik id-direzzjoni.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Għandna tliet messaġġi ċari dwar l-Ukrajna: L-ewwel, jenħtieġ appoġġ immedjat speċjalment għat-tħejjija għax-xitwa u għat-tiswija ta' infrastruttura kritika, it-tieni, huwa essenzjali li jiġu żgurati l-funzjonijiet essenzjali tal-istat Ukren u t-tielet huwa importanti li r-riformi jitfasslu fil-qafas tal-perkors Ewropew. Rigward l-Afganistan, jeħtieġ niżguraw li nkomplu nappoġġaw lill-poplu Afgan peress li s-sitwazzjoni qed tmur għall-agħar speċjalment għan-nisa u l-bniet.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-ministri għall-iżvilupp iddiskutew ukoll l-operazzjonalizzazzjoni usa' tar-Rabta bejn l-Aspett Umanitarju, l-Iżvilupp u l-Paċi; l-għan huwa li l-approċċ nexus jiżviluppa lil hinn mill-fażi pilota f'sitt pajjiżi li għamlu l-ewwel pass ħames snin ilu u li dan jiġi estiż għall-pajjiżi sħab kollha fejn jista' jkun ta' benefiċċju.

Konklużjonijiet tal-Kunsill

Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar:

Il-Kunsill adotta wkoll, mingħajr diskussjoni, il-punti li jidhru fil-lista ta' punti A mhux leġiżlattivi.


Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025