"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin (Difiża), 15 ta' Novembru 2022

Riżultati ewlenin

Ġrajjiet kurrenti

Ir-Rappreżentant Għoli informa lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni attwali tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi, u l-ministri rrikonoxxew il-ħtieġa urġenti li jiggarantixxu s-sostenibbiltà finanzjarja ta' dan l-istrument, li ta prova tal-pertinenza, tal-flessibbiltà, tal-ħeffa u tal-effiċjenza tiegħu fi żminijiet ta' kriżi.

Il-Kunsill imbagħad iddiskuta involviment possibbli tal-PSDK fin-Niġer.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Ipproponejt missjoni militari żgħira u aġli biex twieġeb għall-ħtiġijiet tal-Forzi Armati tan-Niġer fil-qasam tal-manutenzjoni u l-loġistika. Nittama li nkunu nistgħu nistabbiluha fil-Kunsill Affarijiet Barranin li jmiss f'Diċembru.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Ir-Rappreżentant Għoli informa wkoll lill-Kunsill dwar il-ħidma li għaddejja dwar il-Kapaċità ta' Skjerament Rapidu tal-UE - waħda mir-riżultati konkreti ewlenin tal-Boxxla Strateġika - u dwar il-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli u l-Kummissjoni dwar il-Mobbiltà Militari u ċ-Ċiberdifiża.

Mezzi ta' difiża u realtajiet operazzjonali

Il-Kunsill Affarijiet Barranin kellu diskussjoni dwar kif isaħħaħ l-investimenti fid-difiża u l-mezzi ta' difiża abbażi tat-tieni rapport tar-Rieżami Annwali Kkoordinat dwar id-Difiża.

Id-diskussjoni ffukat fuq kif jista' jsir il-forniment mill-ġdid tal-istokkijiet, jitjieb l-istat ta' tħejjija tal-forzi tal-UE, u jiġi żgurat li jibqa' jingħata l-appoġġ tal-UE lill-Ukrajna u lil sħab ewlenin. F'dan il-kuntest, il-ministri semmew ukoll l-akkwist konġunt. Il-ħidma fil-livell tal-UE dwar dan is-suġġett imxiet 'il quddiem billi l-ħtiġijiet urġenti ġew identifikati u l-UE issa tinsab f'kuntatt mal-industrija Ewropea tad-difiża sabiex tiżgura li din tista' taqdi l-ħtiġijiet tal-istati membri malajr.

Din kienet l-ewwel laqgħa annwali għall-ministri għad-difiża dwar l-inizjattivi ta' difiża tal-UE li jindirizzaw l-iżvilupp tal-mezzi, kif propost mill-Boxxla Strateġika dwar is-sigurtà u d-difiża.

L-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna

Wara preżentazzjoni mill-Ministru għad-Difiża tal-Ukrajna, Oleksii Reznikov (permezz ta' vidjokonferenza), il-ministri għad-difiża kellhom skambju informali ta' fehmiet dwar l-aggressjoni Russa li għaddejja kontra l-Ukrajna, flimkien mas-Segretarju Ġenerali tan-NATO Jens Stoltenberg.

Il-ministri ġew aġġornati dwar is-sitwazzjoni militari fuq il-post, fejn l-Ukrajna diġà rkuprat 50% tat-territorju okkupat mir-Russja minn Frar 2022.

Jidher ċar li fuq iż-żewġ fronti - tal-Lvant u tan-Nofsinhar - it-tagħmir militari mogħti mill-Ewropej u mill-Istati Uniti, flimkien mal-Forzi Armati Ukreni, qed jagħti xhieda tal-utilità straordinarja tiegħu. Dawn l-armi, speċjalment dawk kontra armi mill-ajru qegħdin, b'mod ċar, jagħmlu d-differenza. Din hija gwerra tal-loġistika, fejn il-ktajjen tal-provvista huwa ta' importanza kbira u ċertu tagħmir bħal tankijiet tal-gwerra, artillerija u speċjalment sistemi għad-difiża tal-ajru huma vitali. Ninsabu konvinti li bis-saħħa ta' din l-għajnuna, l-Ukrajna mhux biss qed tirreżisti, iżda wkoll qed treġġa' lill-armata Russa lura. Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Deċiżjonijiet oħra tal-Kunsill

Il-Kunsill nieda l-Missjoni ta' Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b'appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine), u adotta miżura ta' assistenza skont il-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF) b'valur ta' €16-il miljun biex jappoġġa t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Forzi Armati Ukreni mill-EUMAM Ukraine.

Il-Kunsill adotta deċiżjoni li tawtorizza lin-Netherlands, bħala l-koordinatur tal-proġett, biex jistiednu formalment lir-Renju Unit jissieħeb mal-proġett "Mobbiltà Militari" tal-PESCO.

Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża

Il-bord ta' tmexxija ministerjali tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) iltaqa' qabel il-laqgħa tal-Kunsill.

Il-ministri ddiskutew u adottaw is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tar-Rieżami Annwali Kkordinat dwar id-Difiża għall-2022 (CARD) fl-oqsma tal-infiq fid-difiża, l-ippjanar fid-difiża u l-kooperazzjoni fid-difiża. Il-ministri approvaw ukoll il-Baġit ġenerali tal-Aġenzija għall-2023 ta' €43.5 miljun, it-tabella tal-persunal, u l-Qafas tal-Ippjanar fuq Tliet Snin 2023-2025 li jipprevedi ħarsa ġenerali tan-natura, l-ambitu u l-impatt mistenni mill-attivitajiet tal-EDA b'appoġġ għall-istati membri fis-snin li ġejjin.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025