"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin (Żvilupp), 18 ta' Mejju 2026

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill Affarijiet Barranin, fil-konfigurazzjoni Żvilupp, sar Brussell u kien ippresedut mir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Kaja Kallas.

Il-futur tal-azzjoni esterna

Il-Kunsill iddiskuta l-futur tal-azzjoni esterna tal-UE b'kont meħud tal-kuntesti ġeopolitiċi u ġeoekonomiċi li qed jinbidlu. Il-ministri enfasizzaw li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp għadha pilastru ċentrali tar-relazzjonijiet esterni tal-UE u saħqu fuq l-importanza li tiġi ppreservata l-kredibbiltà tal-Unjoni bħala sieħeb gwidat mill-prinċipji, prevedibbli u affidabbli, filwaqt li jsir adattament għal xenarju dinji li qed jinbidel malajr ikkaratterizzat minn kompetizzjoni dejjem akbar, livelli mnaqqsa ta' għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) u pressjoni dejjem akbar fuq is-sistema multilaterali.

Id-diskussjonijiet fost il-ministri ffukaw fuq kif il-kooperazzjoni għall-iżvilupp tista' tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi sħab filwaqt li tavvanza l-interessi strateġiċi tal-UE. Il-ministru ddiskutew ukoll kif l-azzjoni esterna tal-UE tista' ssir aktar iffukata, ta' impatt u viżibbli, filwaqt li enfasizzaw l-importanza li tissaħħaħ il-koordinazzjoni bejn l-objettivi politiċi tal-iżvilupp, dawk ekonomiċi u tal-politika barranija. Għal dan l-għan, id-diskussjoni trattat ukoll ir-rwol tal-konfigurazzjoni Żvilupp tal-Kunsill Affarijiet Barranin bħala forum importanti biex jissawru l-prijoritajiet tal-politika esterna tal-UE.

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jappellaw għal approċċ aktar b'saħħtu tal-UE għall-fraġilità, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi sħab.

Ir-rwol tal-Global Gateway fl-azzjoni esterna tagħna

Il-ministri għall-iżvilupp tal-UE qasmu wkoll il-fehmiet tagħhom dwar ir-rwol tal-istrateġija Global Gateway fl-azzjoni esterna tal-UE. Imnedija fl-2021, l-istrateġija timmobilizza r-riżorsi pubbliċi u privati biex tappoġġa l-investimenti sostenibbli f'setturi ewlenin madwar id-dinja.

Fid-dawl tal-bidliet ġeopolitiċi li għandhom impatt fuq is-sigurtà ekonomika, l-awtonomija strateġika u r-reżiljenza tal-UE, il-ministri enfasizzaw li l-Global Gateway tista' sservi bħala għodda għall-UE biex issarraf il-prijoritajiet tal-politika esterna permezz ta' approċċ ta' Tim Ewropa u sħubijiet ta' benefiċċju reċiproku. Il-ministri ddiskutew ir-rwol tal-istrateġija fil-futur, b'mod partikolari dwar kif tista' twettaq il-prijoritajiet u l-ħtiġijiet tal-pajjiżi sħab filwaqt li tibbilanċja l-interessi strateġiċi tal-UE.

Il-ministri enfasizzaw ukoll il-valur miżjud tal-approċċ ta' Tim Ewropa u ddiskutew modi kif isir l-aħjar użu mill-kontribut tal-istati membri, l-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej u s-settur privat. Fl-aħħar nett, qajmu l-punt tal-ħtieġa ta' strutturi effettivi ta' koordinazzjoni u governanza biex tiġi żgurata implimentazzjoni koerenti tal-istrateġija, kif ukoll komunikazzjoni aktar aġli u strateġika.

L-impatt tal-gwerra fl-Iran

Il-ministri indirizzaw il-konsegwenzi dinjija tal-konflitt fl-Iran, filwaqt li ffukaw fuq it-tfixkil fl-enerġija u t-trasport, ir-riskji għas-sigurtà tal-ikel u l-provvista tal-fertilizzanti, u qiesu kif il-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE tista' twieġeb għal dawn l-isfidi kemm bilateralment kif ukoll multilateralment.

Il-ministri esprimew ukoll tħassib dwar l-implikazzjonijiet ġeopolitiċi usa' tal-konflitt, fosthom il-pressjonijiet fuq il-migrazzjoni, is-sistema multilaterali u l-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli. Huma ssottolinjaw l-importanza ta' impenn kontinwu tal-UE ma' pajjiżi sħab u fora internazzjonali rilevanti biex jittaffa l-impatt tal-kriżi u tiġi ppreservata l-kooperazzjoni internazzjonali fl-indirizzar tal-isfidi dinjija.

Id-diskussjoni ffukat ukoll fuq l-inizjattivi li għaddejjin u dawk ippjanati tal-UE u tal-istati membri biex tissaħħaħ ir-reżiljenza fil-pajjiżi sħab u jiġu appoġġati dawk l-aktar milquta mill-konflitt.

Deċiżjonijiet oħra

Il-Kunsill iddeċieda li jġedded il-miżuri restrittivi tal-UE mmirati lejn individwi u entitajiet marbuta mal-eks reġim ta' al-Assad fis-Sirja sal-1 ta' Ġunju 2027, filwaqt li jneħħi seba' entitajiet mil-lista.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Awwissu 2026