Skip to content
  • Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 21/04/2016, 21 ta' April 2016

Riżultati ewlenin

Affarijiet Interni

Sigurtà

Huwa vitali li nikkondividu l-informazzjoni sabiex nippermettu analiżi f'ħin reali u operazzjonijiet transfruntieri sabiex nipprevjenu t-terroriżmu, il-migrazzjoni illegali u l-kriminalità transfruntiera Ard Van Der Steur, Ministru għas-Sigurtà u l-Ġustizzja tan-Netherlands

Il-Kunsill iddiskuta l-eżitu tal-attakki ta' Brussell, b'segwitu għal-laqgħa tal-24 ta' Marzu 2016. Il-ministri ffukaw id-dibattitu tagħhom fuq l-użu u l-interoperabbiltà ta’ bażijiet ta’ data u l-proposti reċenti tal-Kummissjoni dwar il-pakkett tal-fruntieri intelliġenti.

Il-ministri ddiskutew azzjonijiet għal titjib fl-iskambju ta' informazzjoni u qablu li jaħdmu lejn ftehim dwar ir-rekwiżiti għal arkitettura integrata Ewropea dwar l-informazzjoni, inkluża l-interoperabbiltà fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, u li jkopri s-sigurtà/il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-fruntieri. Dan il-ftehim ser jinkludi pjan direzzjonali b'azzjonijiet fuq perijodu qasir, medju u fit-tul, li ser jiġi ppreżentat waqt il-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni f'Ġunju 2016.

Ard Van Der Steur, Ministru għas-Sigurtà u l-Ġustizzja tan-Netherlands u President tal-Kunsill qal: "Huwa vitali li nikkondividu l-informazzjoni tagħna sabiex tkun tista' ssir analiżi f'ħin reali u operazzjonijiet transfruntieri sabiex nipprevjenu t-terroriżmu, il-migrazzjoni illegali u l-kriminalità transfruntiera"

Migrazzjoni

Il-ministri għall-affarijiet interni eżaminaw il-progress fl-implimentazzjoni tal-miżuri li jeħtieġ jittieħdu sabiex b'mod rapidu jitnaqqsu l-konsegwenzi umanitarji negattivi tas-sitwazzjoni migratorja attwali, jiġu protetti l-fruntieri esterni tal-UE, jitwaqqfu l-flussi, titnaqqas il-migrazzjoni illegali u tiġi salvagwardata l-integrità taż-żona Schengen.

Illum kellna l-ewwel diskussjoni esploratorja dwar il-futur tas-sistema Ewropea tal-asil. Ilkoll naqblu li s-sistema attwali ma taħdimx u li neħtieġu sistema aħjar. Ma nistgħux noqogħdu b'idejna fuq żaqqna. Is-sistema tagħna teħtieġ li tiżviluppa minn sistema tal-bnazzi għal sistema li tkun tista' tlaħħaq ma influss għoli f'daqqa. Din is-sistema għandha twassal ukoll għal influss sostanzjalment aktar baxx minn dak li rajna reċentement Klaas Dijkhoff, Ministru għall‑Migrazzjoni tan‑Netherlands

Huma affermaw mill-ġdid il-ħtieġa li titħaffef l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta' Marzu u b'mod partikolari ir-risistemazzjoni tar-refuġjati Sirjani mit-Turkija fil-qafas tal-iskema 1:1. L-istati membri ġew mistiedna wkoll sabiex jaċċelleraw ir-rilokazzjoni tal-persuni li jfittxu l-asil mill-Greċja u l-Italja, skont id-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Settembru 2015.

Barra minn hekk, huma qablu li jkomplu jsegwu mill-qrib il-ftuħ possibbli ta' rotot migratorji ġodda, speċjalment fiċ-Ċentru tal-Mediterran, sabiex tiġi evitata kriżi maġġuri.

Klaas Dijkhoff, Ministru għall-Migrazzjoni tan-Netherlands u President tal-Kunsill qal: "Illum kellna l-ewwel diskussjoni esploratorja dwar il-futur tas-sistema Ewropea tal-asil. Ilkoll naqblu li s-sistema attwali ma taħdimx u li neħtieġu sistema aħjar. Ma nistgħux noqogħdu b'idejna fuq żaqqna. Is-sistema tagħna teħtieġ li tiżviluppa minn sistema tal-bnazzi għal sistema li tkun tista' tlaħħaq ma influss għoli f'daqqa. Din is-sistema għandha twassal ukoll għal influss sostanzjalment aktar baxx minn dak li rajna reċentement."

Il-ministri ġew infurmati dwar il-progress milħuq dwar l-abbozz ta' regolament għal Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u saħqu dwar il-ħtieġa li jibdew it-tħejjijiet rigward l-implimentazzjoni ta' għadd ta' elementi prijoritarji, mingħajr preġudizzju għan-negozjati li jmiss mal-Parlament Ewropew.

Affarijiet oħra

Il-Kunsill adotta, mingħajr diskussjoni, direttiva dwar ir-Reġistru tal-UE tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) u direttiva li ssaħħaħ id-drittijiet tat-tfal fi proċedimenti kriminali.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025