"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 20/05/2016, 20 ta' Mejju 2016

Riżultati ewlenin

Politika dwar il-Viżi

Il-ministri kellhom dibattitu ġenerali dwar il-politika dwar il-viżi fid-dawl tal-proposti reċenti mill-Kummissjoni relatati mal-liberalizzazzjoni tal-viża.

Il-liberalizzazzjoni tal-viża għandha vantaġġi kbar għall-UE u l-pajjiżi terzi. Minkejja dan għandna bżonn sistema ta' sospensjoni għall-pajjiżi kollha li ma jeħtiġux il-viża biex niżguraw li l-liberalizzazzjoni tal-viża ma tistax tkun abbużata. Ninsab kuntent li llum qbilna dwar sistema li tagħmilha eħfef biex naġixxu kontra l-abbuż. Nistenna bil-ħerqa li naħdem mal-Parlament Ewropew biex dan ma ndumux ma nirrealizzawh Klaas Dijkhoff, Ministru għall-Migrazzjoni tan-Netherlands u President tal-Kunsill

Il-Kunsill enfasizza li r-rekwiżiti ta' viża jistgħu jitneħħew mhux qabel ma jiġu ssodisfati punti ta' riferiment maqbula preċedentement. Il-ministri nnutaw li d-deċiżjoni dwar jekk dawn il-punti ta' riferiment ikunux ġew issodisfati abbażi ta' valutazzjoni mill-Kummissjoni ser tittieħed b'mod strett u ġust.

Il-Kunsill qabel ukoll dwar il-pożizzjoni ta' negozjar tiegħu rigward ir-regolament propost għar-reviżjoni tas-sistema ta' sospensjoni li tista' tiġi applikata għall-ftehimiet kollha eżistenti dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża. Fuq il-bażi ta’ dan il-mandat, il-presidenza Netherlandiża ser tibda negozjati mal-Parlament Ewropew hekk kif dan tal-aħħar ikun adotta l-pożizzjoni tiegħu.

Klaas Dijkhoff, Ministru għall-Migrazzjoni tan-Netherlands u President tal-Kunsill qal: "Il-liberalizzazzjoni tal-viża għandha vantaġġi kbar għall-UE u l-pajjiżi terzi. Minkejja dan għandna bżonn ta' sistema ta' sospensjoni għall-pajjiżi kollha li ma jeħtiġux il-viża biex niżguraw li l-liberalizzazzjoni tal-viża ma tistax tkun abbużata. Ninsab kuntent li llum qbilna dwar mekkaniżmu li jagħmilha eħfef biex naġixxu kontra l-abbuż. Nistenna bil-ħerqa li naħdem mal-Parlament Ewropew biex dan ma ndumux ma nirrealizzawh".

Migrazzjoni

Il-ministri għall-affarijiet interni kellhom skambju ta' fehmiet dwar is-sitwazzjoni migratorja attwali, b'mod partikolari l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta' Marzu u l-flussi migratorji fiċ-Ċentru tal-Mediterran.

L-istati parteċipanti kienu mistiedna b'mod partikolari biex iħaffu r-risistemazzjoni tar-refuġjati Sirjani mit-Turkija fil-qafas tal-iskema 1:1 u ġew imħeġġa wkoll jaċċelleraw ir-rilokazzjoni ta' dawk li qed ifittxu l-asil mill-Greċja u l-Italja, f'konformità mad-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Settembru 2015.

L-istati membri kkondividew l-analiżi magħmula mill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda mit-Turkija mill-20 ta' Marzu 'l hawn, inkluż il-valutazzjoni li t-Turkija ħadet il-passi neċessarji kollha identifikati fil-Komunikazzjoni tas-16 ta' Marzu. L-istati membri esprimew il-konvinzjoni tagħhom li l-migranti jistgħu u għandhom jiġu rritornati lejn it-Turkija f'konformità mad-dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta' Marzu.

Gwardja Ewropea tal-Fruntiera

Il-ministri ġew infurmati dwar il-progress fl-abbozz ta' regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera. L-għan tal-Presidenza hu li jintlaħaq ftehim miż-żewġ koleġislaturi sal-aħħar ta' Ġunju, kif mitlub mill-Kunsill Ewropew.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025