- Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni
Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 07-08/03/2019, 7 u 8 ta' Marzu 2019
Riżultati ewlenin
Affarijiet interni, 7 ta' Marzu
Migrazzjoni
Il-ministri eżaminaw mill-ġdid fejn l-UE tinsab fil-kooperazzjoni tagħha mal-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq dwar il-migrazzjoni, u esploraw fejn tista’ tiġi pprovduta aktar assistenza.
L-UE tista’ tagħmel aktar biex tassisti lil dawn il-pajjiżi billi ttejjeb il-kapaċità tagħhom biex jiġġestixxu l-migrazzjoni, inkluż il-kontroll tal-fruntieri, it-tfittxija u s-salvataġġ fuq il-baħar, l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ leġislazzjoni dwar l-asil u l-migrazzjoni, ir-riintegrazzjoni, ir-ritorn u r-riammissjoni.
Illum komplejna naħdmu fuq l-approċċ komprensiv tagħna għall-migrazzjoni. Imxejna ħafna mill-kriżi tal-2015 ‘l hawn u l-wasliet naqsu b’iktar minn 90 %. Madankollu, ma nistgħux inkunu kompjaċenti. Prijorità importanti li għandha tibqa' hija l-appoġġ lill-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq sabiex ikunu mgħammra sew biex jittrattaw l-isfidi tal-migrazzjoni li qed jiffaċċaw. Carmen Daniela Dan, Ministru għall-affarijiet interni tar-Rumanija
Il-Presidenza infurmat ukoll lill-ministri dwar il-progress fin-negozjati mal-Parlament Ewropew dwar ir-regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, kif ukoll dwar is-sitwazzjoni attwali tar-riforma tal-asil.
Rispons tal-UE għat-terroriżmu
Il-ministri ddiskutew is-sitwazzjoni attwali u t-triq 'il quddiem rigward ir-rispons tal-UE għat-terroriżmu. Huma ffukaw fuq l-identifikazzjoni ta’ lakuni prattiċi u leġislattivi li jeħtieġ li jiġu indirizzati, kif ukoll l-oqsma li għandhom jitqiesu bħala prijorità. Huma ssottolinjaw l-importanza tal-implimentazzjoni tal-miżuri li diġà ġew adottati.
Abbażi ta’ din id-diskussjoni, ser jitkompla fil-livell tekniku l-proċess ta’ riflessjoni dwar it-triq’ il quddiem.
Mekkaniżmu għall-protezzjoni ċivili
Il-Kunsill illum adotta deċiżjoni li temenda l-mekkaniżmu tal-UE għall-protezzjoni ċivili. Ir-regoli l-ġodda jipprevedu l-istabbiliment ta' riżerva addizzjonali ta' riżorsi, rescEU, biex tingħata assistenza f'sitwazzjonijiet fejn jirriżulta li l-kapaċitajiet eżistenti ma jkunux suffiċjenti. Il-prevenzjoni tar-riskju u l-kondiviżjoni tal-għarfien ser jitjiebu wkoll.
Ġustizzja, 8 ta' Marzu
Evidenza elettronika
Il-Kunsill laħaq qbil dwar il-pożizzjoni tiegħu dwar id-direttiva dwar il-ħatra ta’ rappreżentanti legali għall-fini tal-ġbir tal-evidenza fi proċeduri kriminali. Din id-direttiva hija parti minn pakkett li għandu l-għan li jtejjeb l-aċċess transfruntier għall-evidenza elettronika billi jinħoloq qafas legali biex jippermetti li l-ordnijiet ġudizzjarji jiġu indirizzati direttament lill-fornituri ta' servizzi li joperaw fl-UE.
Il-Kunsill iddiskuta wkoll il-mandati ta’ negozjar għat-Tieni protokoll addizzjonali għall-Konvenzjoni ta’ Budapest u għal ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar l-iffaċilitar tal-aċċess għal evidenza elettronika. Dawn il-mandati huma essenzjali biex jikkumplimentaw il-pakkett leġislattiv dwar l-evidenza elettronika sabiex jiġi żgurat aċċess rapidu u effettiv għall-evidenza elettronika maħżuna barra mill-UE. Il-ministri pprovdew orjentazzjoni u direzzjonijiet politiċi biex jiggwidaw il-ħidma fil-livell tekniku u sussegwentement biex jiġu adottati l-mandati matul il-Presidenza Rumena.
L-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi tagħna jeħtieġu aċċess effettiv u aktar rapidu għal evidenza elettronika fi proċedimenti kriminali. Biex niżguraw li nilħqu dan l-objettiv, qegħdin nieħdu azzjoni fuq żewġ fronti: ġewwa l-UE bl-istabbiliment ta’ regoli ġodda għal ordnijiet li għandhom jiġu indirizzati direttament lill-fornituri tas-servizzi, u barra mill-UE billi niddiskutu ma’ atturi ewlenin, b’mod partikolari l-Istati Uniti, ftehimiet li jagħmlu l-iskambju ta’ evidenza elettronika aktar rapidu u sikur. Tudorel Toader, Ministru tar-Rumanija għall-Ġustizzja
Fajls leġislattivi li għandhom jiġu adottati fil-ġimgħat li ġejjin
Il-presidenza infurmat lill-Kunsill dwar fajls leġislattivi li ntlaħqu ftehimiet politiċi dwarhom u li fl-aħħar ser jiġu adottati sa tmiem il-leġislatura attwali. Dawn jinkludu d-direttiva dwar il-frodi mhux bi flus kontanti, id-direttiva dwar il-kontenut diġitali u d-direttiva dwar il-bejgħ ta’ oġġetti.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Stqarrijiet għall-istampa
- Pakkett dwar l-evidenza elettronika: Il-Kunsill jilħaq qbil dwar il-pożizzjoni tiegħu dwar regoli biex jinħatru rappreżentanti legali għall-ġbir ta' evidenza
- 08/03/2019
- Ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu: il-Kunsill jibgħat lura lill-Kummissjoni abbozz ta' lista ta' pajjiżi b'riskju għoli
- 07/03/2019
- Protezzjoni ċivili: Il-Kunsill jadotta regoli ġodda biex jissaħħaħ l-appoġġ f'każ ta' diżastri
- 07/03/2019
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Laura Bérard Press officer
- +32 471 33 09 49
- +32 2 281 57 95
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #JHA
Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025